“Lill-Hamas tfajnihom lura snin bil-bumbardamenti tagħna” – il-PM Iżraeljan

Il-bumbardamenti mill-Iżrael fuq il-Palestinjani, li ilu għaddej għal dawn l-aħħar disat ijiem, tefa’ lill-grupp militanti tal-Hamas lura is-snin.

Dan sostnih il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu.

Huwa żied jgħid illi l-operazzjonijiet militari se jibqgħu fis-seħħ sakemm iċ-ċittadini Iżraeljani jħossuhom li qed jgħixu b’mod sigur.

Il-Ministru għas-Saħħa Palestinjan qal li s’issa minn tal-inqas 215-ilpersuna, li kważi nofshom huma nisa u tfal, inqatlu f’Gaża, filwaqt li l-Iżrael irrapporta 12-il mewt.

Iżrael qal li 150 mill-persuni maqtula huma militanti, iżda l-Hamas ma tax figuri ta’ kemm inqatlu militanti u nies ċivili.

Fil-jum tat-Tlieta, Iżrael fetaħ il-fruntiera lejn l-istrixxa ta’ Gaża sabiex jidħol konvoj bl-għajnuna, madanakollu l-fruntiera kellha tingħalaq malajr minħabba li ż-żona spiċċat fil-mira tal-attakki mill-Palestinjani.

Intant, il-ġlied ma waqaf xejn, hekk kif mal-lejl saru diversi attakki miż-żewġ naħat, bl-isforzi diplomatiċi biex tintemm il-vjolenza mhux qed iħallu r-riżultati mixtieqa.

Franza ressqet abbozz ta’ riżoluzzjoni mal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda f’koordinazzjoni mal-Eġittu u l-Ġordan u talbet għal waqfien mill-ġlied.

Iżrael jaħlef li se jibqa’ jattakka sakemm hemm bżonn

Il-Prim Ministru Iżraeljan, Benjamin Netanyahu, ħalef li se jkompli jattakka lill-militanti tal-Hamas f’Gaża, li qed jibqgħu jisparaw ir-rokits lejn bliet Iżraeljani.

Dan hekk kif dan l-aħħar kunflitt imdemmi bejn il-Lhud u l-Palestinjani issa daħal fis-seba’ jum tiegħu.

“Se nibqgħu nattakkaw sakemm hemm bżonn u qed isir dak kollu meħtieġ biex kemm jista’ jkun ma jinqatlux persuni ċivili iżda t-tort ta’ dan kollu li nqala’ mhux tagħna imma ta’ min qed jattakkana”, saħaq Netanyahu f’indirizz fuq it-televiżjoni.

Aqra aktar

Ħerba f’Gaża u sparati rokits lejn Tel Aviv… jissokta l-ġlied fil-Lvant Nofsani

Il-kunflitt imdemmi bejn il-Lhud u l-Palestinjani intensifika bil-qawwiet tal-ajru t’Iżrael jibbumbardja fl-istrixxa ta’ Gaża u l-militanti Palestinjani tal-grupp Ħamas jispara rokits lejn Iżrael fosthom lejn il-belt ta’ Tel Aviv.

Għal xi mument anki twaqqfu t-titjiriet fl-ajruport ta’ Ben Gurion f’Tel Aviv u l-qawwiet t’Iżrael interċettaw ħafna mir-rokits sparati mill-Ħamas minn Gaża.

F’Holon, ftit ‘il barra minn Tel Aviv, rokit laqat karozza tal-linja vojta.

F’Gaża s-sitwazzjoni hija aktar prekarja b’bini jaqa’ fosthom binja għolja diversi sulari.

Il-grupp militanti tal-Hamas qal li fost il-vittmi hemm nisa u tfal iżda Iżrael qed isostni li fil-mira tal-attakki tiegħu hemm il-militanti.

Minn tal-inqas erbgħin persuna nqatlu f’dawk deskritti bħala l-agħar xeni vjolenti fl-aħħar snin.

L-Iżrael iddikjara wkoll stat ta’ emerġenza fil-belt ċentrali ta’ Lod wara aktar rewwixti mill-Għarab Iżraeljani.

Tul il-lejl li għadda ngħata n-nar lil diversi karozzi filwaqt li numru ta’ persuni ndarbu fi ġlied li s-sindku tal-belt xebbħu ma’ gwerra ċivili.

Intant il-Gvern Malti, permezz tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo esprima t-tħassib serju tiegħu fuq il-vjolenza li eskalat fil-Lvant Nofsani.

Filwaqt li Malta tenniet l-appoġġ għas-soluzzjoni ta’ żewġ stati fil-Lvant Nofsani, il-Ministru Bartolo appella lil dawk kollha fuq kull naħa sabiex jieħdu azzjoni immedjata u urġenti bil-għan li jonqsu t-tensjonijiet.

Il-Gvern Malti ta l-kondoljanzi lill-familji tal-vittmi, inklużi nies ċivili li ndarbu u tenna l-ħtieġa li jkun rispettat id-dritt tal-Palestinjani sabiex ma jkunux imċaħħda minn djarhom f’Ġerusalemm tal-Lvant.

Carmelo Abela jappella biex il-Palestinjani u l-Iżraeljani jiġu mgħejuna

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela qal lill-ministri sħabu fl-UE li l-Unjoni trid toffri żviluppi tanġibbli kemm lill-Palestinjani kif ukoll lill-Iżraeljani jekk trid li żżomm il-pożizzjoni tagħha bħala sieħeb kredibbli fil-Proċess tal-Paċi fil-Lvant Nofsani.

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin fi stqarrija qal li dan huwa żvilupp li se jibgħat messaġġ pożittiv ta’ involviment tanġibbli tal-UE mal-Palestina. Fl-istess waqt, Malta qed tagħti s-sapport tagħha l-idea li l-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Iżrael jitlaqqa’, bħala pjattaforma għad-djalogu u bħala opportunità eċċellenti biex jingħaddew messaġġi importanti.

Il-qagħda serja fil-Venezwela kienet ukoll fl-aġenda tal-Ministri u l-aħħar żviluppi f’dak il-pajjiż qabel l-elezzjonijiet presidenzjali skedati għat-22 ta’ April.

Malta qed titlob lill-UE biex tibqa’ tuża l-għodod kollha li għandha sabiex tinstab soluzzjoni demokratika.

Send this to a friend