Notifiki

Iżrael jaħlef li se jibqa’ jattakka sakemm hemm bżonn

Il-Prim Ministru Iżraeljan, Benjamin Netanyahu, ħalef li se jkompli jattakka lill-militanti tal-Hamas f’Gaża, li qed jibqgħu jisparaw ir-rokits lejn bliet Iżraeljani.

Dan hekk kif dan l-aħħar kunflitt imdemmi bejn il-Lhud u l-Palestinjani issa daħal fis-seba’ jum tiegħu.

“Se nibqgħu nattakkaw sakemm hemm bżonn u qed isir dak kollu meħtieġ biex kemm jista’ jkun ma jinqatlux persuni ċivili iżda t-tort ta’ dan kollu li nqala’ mhux tagħna imma ta’ min qed jattakkana”, saħaq Netanyahu f’indirizz fuq it-televiżjoni.

Aqra aktar

“Il-proċess ta’ paċi għandu jinġieb lura għal ħajja flimkien ma’ pjan tanġibbli bil-parteċipazzjoni tal-partijiet rilevanti kollha” – Carmelo Abela

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela ltaqa’ mad-Direttur Ġenerali u d-Deputat Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Espatrijati tal-Palestina, Amal Jadou fl-14 ta’ Novembru 2019. Dr Amal Jadou kienet ukoll akkumpanjata mill-Ambaxxatur tal-Palestina għal Malta, Fadi Hanania. Aqra aktar

Malta: pont ideali għall-paċi bejn il-Palestina u l-Iżrael

 

Malta hi l-pont ideali li permezz tiegħu l-politiċi Palestinjani u dawk Iżraeliti jistgħu jpoġġu bilqiegħda madwar mejda biex jiddiskutu d-differenzi ta’ bejniethom.

Dan qalu l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Palestinjan Riyad al Malki li jinsab f’pajjiżna għal żjara uffiċjali li matulha kellu taħditiet mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Malti Carmelo Abela.Aqra aktar

Send this to a friend