Notifiki

Projezzjonijiet li jgħaxxqu l-għajnejn fi Pjazza San Ġorġ

Hekk kif qegħdin biss ftit jiem ‘il bogħod minn meta il-Belt Valletta ser tiġi kkurunata bħala l-Belt Kapitali Ewropea tal-Kulturà għall-2018, l-istudenti mill-Istitut tal-Arti Kreattiva fl-MCAST flimkien mal-Fondazzjoni Valletta 2018, ikollaboraw flimkien sabiex tittella’ projezzjoni diġitali mal-Palazz tal-Granmastru fi Pjazza San Ġorġ.

Aqra aktar

Il-Palazz tal-President lura għand il-poplu

Il-Palazz tal-President ġewwa l-Belt li huwa magħruf iktar bħala l-post li għal bosta snin kien jilqa’ l-ogħla istituzzjoni f’pajjiżna u anke kien iċ-ċentru tal-presidenza maltija, issa se jkun qed jerġa’ jingħata lura lill-poplu Malti.

Dan permezz ta’ proġett vast ta’ restawr, li jinkludi wkoll tibdill fl-użu ta’ bosta partijiet minnu.

Aqra aktar

One News se jappella mid-deċiżjoni f’libell ta’ Beppe Fenech Adami

L-editur ta’ One News, Aleander Balzan, se jkun qed jappella minn sentenza f’kawża ta’ libell li għamel il-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami, dwar rapport fuq ir-residenza tiegħu fil-Għargħur li ħareġ f’Marzu li għadda. Ir-residenza saret magħrufa bħala l-“Palazz ta’ Beppe”.

Fil-kawża ta’ libell, Fenech Adami ikkontesta l-fatt li d-deċiżjonijiet li ttieħdu u mar tajjeb minnhom kienu trattament speċjali jew favoritiżmu. Il-Qorti tagħtu €3,000 f’danni.

F’Marzu tas-sena li għaddiet, ONE NEWS irrapporta li deċiżjonijiet tal-gvern ta’ Lawrence Gonzi għamlu r-residenza ta’ Beppe Fenech Adami fil-Għargħur tiswa ferm iktar milli kien il-valur tagħha oriġinarjament.

Aqra aktar

Send this to a friend