Notifiki

Rebus wara li nkixfu s-salarji tal-ogħla uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista

Wara li l-gazetta ‘Kulħadd’ żvelat s-salarji tal-ogħla uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista, inħoloq rebus fost il-grupp ta’ madwar il-Kap Adrian Delia.

Dan għax dawk li ħadu l-ħatriet tal-Partit Nazzjonalista spiċċaw iridu jiddefendu ruħhom mal-kunsillieri u l-attivisti li qed jaraw il-każini li ħadmu għalihom jinbiegħu fl-istess ħin li nies bħal Pierre Portelli u Clyde Puli wrew li huma mhux  beħsiebhom jagħmlu tant sagrifiċċju ladarba appoġġjaw lil Delia biex isir Kap.

Pierre Portelli u Clyde Puli se jkunu qed idaħħlu madwar €90,000 fis-sena u dwar dan ma kien hemm ebda ċaħda uffiċjali mill-Partit Nazzjonalista. Kien biss meta dawn id-dettalji, żvelati mill-Kulħadd, nqabdu wkoll mill-Maltatoday li Pierre Portelli u Clyde Puli bagħtu messaġġ jippruvaw jiċħdu l-fatti mingħajr ma ppubblikaw xejn li juri l-kuntrajru.

Ivan Bartolo u Jean Pierre Debono, wieħed business development manager u l-ieħor Direttur li se jibqa’ jagħmel l-istess xogħol ta’ Assistent Segretarju Ġenerali għandhom pakkett ta’ €60,000 u €50,000 fis-sena rispettivament. Direttur ukoll se jkun Dione Borg.

Tagħrif li kellha l-gazzetta, juri li hemm madwar 15-il deputat li qed jgħidu lil Delia biex jippubblika l-kuntratti ta’ dawk ta’ madwaru f’att  ta’ trasparenza u kredibbiltà.

Xi ħaġa li Delia qed jirreżisti għax qal li dan qatt ma sar. Imkejjen fil-Partit Nazzjonalista spjegawlna wkoll li hemm raġunijiet oħra għaliex dan jista’ jkun ma jsirx li dettalji dwarhom jafu joħorġu fiż-żmien li ġej.

Meta ffaċċjat internament Delia qed jipprova jagħti l-impressjoni li dak żvelat ma kienx minnu u qal li dan sar għax il-Partit Laburista jrid iħarbatlu l-ġbir ta’ fondi.

Però din mhux tinżel. Għaldaqstant, id-deputati qed jisfidaw lil Delia sabiex jippubblika l-kuntratt. Tul din il-ġimgħa, ħafna argumentaw li qabel l-Partit Nazzjonalista jmur jiġbor il-flus, għandu jkun trasparenti.

Delia se jieħu paga doppja

  • Kwistjoni oħra li qed tkompli toħloq l-inkwiet
  • Ta’ kontrih jgħid li jekk għandu d-dejn personali missu rah qabel

Adrian Delia huwa l-ewwel kap tal-Partit Nazzjonalista li se jkun qed jieħu paga mill-partit barra paga bħala Kap tal-Oppożizzjoni. Fi ftit kliem se jkun qed jieħu paga doppja. Il-kapijiet ta’ qablu ma kinux jieħdu paga mill-partit għax dejjem emmnu li bħala Prim Ministru jew Kap tal-Oppożizzjoni kienu diġà qed jitħallsu tal-irwol tagħhom.

Iżda, Adrian Delia jaħsibha differenti. Saħansitra t-talba għall-paga li taqbeż it-€30,000 kienet waħda mill-ewwel deċiżjonijiet li ħa. Biex bil-madwar €45,000 li jdaħal kap tal-oppożizzjoni jkun qed idawwar madwar €75,000 fis-sena.Aqra aktar

Kemm suppost kellek brejk jekk ħdimt barra llum? – aqra hawn

Kwarta xogħol u tliet kwarti brejk.

Hekk issostni li għandu jkun il-ħin tax-xogħol fuq barra l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Dan fl-agħar ħinijiet tax-xemx f’dawn iż-żminijiet fejn it-temperaturi jibdew jilħqu livelli rekord.

Emfasi partikolari ssir għal siti tal-kostruzzjoni fejn li wieħed japplika l-krema protettiva u jilbes xi beritta jaf ma jkunx biżżejjed.

Aqra aktar

It-taxxa fuq id-dħul u pagamenti tas-Sigurta’ Soċjali issa jistgħu jibdew jitħallsu f’kull fergħa postali

It-taxxa fuq id-dħul u pagamenti tas-Sigurta’ Soċjali issa jistgħu jibdew jitħallsu f’kull Fergħa Postali.

Minn nhar it-Tnejn l-10 ta’ Lulju 2017, it-taxpayers jistgħu jibdew jħallsu t-taxxa fuq id-dħul u l- kontribuzzjonijiet tas-Sigurta Soċjali f’ kull Fergħa Postali f’Malta u Għawdex.

Dawk kollha li jixtiequ jissetiljaw kont tal-Inland Revenue Department jistgħu jagħmlu dan f’kull Fergħa Postali. Il-pagamenti jistgħu jitħallsu kemm b’ċekk kif ukoll bi flus kontanti. Il-pagamenti aċċettati jinkludu t-taxxa fuq id-dħul, Final Settlement System Tax u kontribuzzjonijiet tas- Sigurta’ Soċjali kif imsemmija hawn taħt:

Aqra aktar

Tibda tidħol fis-seħħ l-ewwel żieda fil-paga minima

Kien f’April ta’ din is-sena li seħħ il-ftehim storiku għal żieda fil-paga minima. Ftehim li ma sarx biex wara jitpoġġa fuq l-ixkaffa. Għall-kuntrarju, minn wara l-ftehim bdiet il-ħidma biex int li taqla l-paga minima, fil-paga li jmiss jew li għadek kemm irċievejt tibda tgawdi minn żieda skont il-ftehim milħuq.

Aqra aktar

€8 fil-ġimgħa żieda mal-paga minima sal-2019

“Kollox sar bl-interess tal-iċken fostna”.

Qalet dan il-Ministru Helena Dalli fl-ewwel kummenti tagħha wara l-ahbar tal-ftehim dwar il-paga minima. Bħalissa hawn madwar 5,000 persuna fuq paga minima jew baxxa.

Wara l-ewwel sena ta’ impjieg bil-minimum wage, se jkun hemm żieda ta’ €3 fil-ġimgha, wara t-tieni sena ta’ impjieg tiżdied bi € 3 oħra biex b’kollox ikun hemm żieda ta’ €6. Apparti minn hekk se jkun hemm żidiet oħra, biex b’kollox sa 2019 ikun hemm zieda ta’ €8 euro fil-ġimgħa.

Dawn huma żidiet apparti l-ż-żieda tal-għoli tal-ħajja.

Iċ-chairman tal-MCESD John Bencini qal li dan hu frott għoxrin laqa ta’ diskussjoni bejn l-imsiehba kollha fl-aħħar xhur. Qal li dan huwa eżempju ta’ kif għandhom isiru l-affarijiet f’pajjiżna, wara dibattitu li kien ilu għaddej. Imiss issa li titwaqqaf kummissjoni biex kull erba’ snin tagħmel rakkonandazzjonijiet lill-Gvern.

Iffirmat l-ikbar ftehim kollettiv; 30,000 ħaddiem se jgawdu minn żieda fil-pagi

Ġie ffirmat il-ħames Ftehim Kollettiv tas-Servizz Pubbliku. Dan il-ftehim se jkun qed jaffettwa madwar 30,000 impjegat u se jkun qed jiswa €17-il miljun fl-2017, liema żieda titla’ għal €20.5 miljun fl-2024. Dan jinkludi kemm żidiet l-pagi u żieda f’xi allowances.

Din hija l-ewwel darba li l-ftehim se jkopri perjodu ta’ 8 snin. Dan jassigura iktar stabilità filwaqt li l-Amministrazzjoni Pubblika tkun tista’ tkompli twettaq il-bidliet meħtieġa, tinvesti n-nies u toffri servizz ta’ kwalità.

Aqra aktar

2016: Iktar nies jaħdmu u żieda fil-paga medja

B’rata ta’ 66.1%, fl-aħħar kwart tas-sena li għaddiet pajjiżna kellu l-ogħla rata ta’ impjiegi qatt irreġistrata.

Din ir-rata hija wkoll ferm ogħla mid-59.5% irreġistrata fl-aħħar żmien ta’ amministrazzjoni preċedenti. Fil-fatt, tul din il-leġiżlatura sa issa, r-rata tal-impjiegi żdiedet iktar minn kemm kienet żdiedet bejn l-2000 u l-2013 magħduda flimkien.Aqra aktar

Send this to a friend