Owen Bonnici – Page 7 – One News

Notifiki

Tiżdied sezzjoni oħra fil-qorti tal-appell superjuri bil-għan li jitnaqqas iż-żmien

Jidħlu fis-seħħ mekkaniżmi legali sabiex tibda titħaddem Sezzjoni Addizzjonali tal-Qorti tal-Appell Superjuri,

Bħala konsegwenza tar-riżultati pożittivi u b’saħħithom ħafna fl-effiċjenza li qegħdin jiġu rreġistrati fil-qrati ċivili tal-ewwel grad, frott il-bidliet li ġew implimentati, kienet qiegħda tinħass il-ħtieġa illi jiġu introdotti mekkaniżmi legali ġodda sabiex tittejjeb aktar l-effiċjenza fil-grad tal-appell.

Aqra aktar

It-Teatru Manoel ser ikun jista’ jintuża wkoll fis-sajf

Investiment ta’ €1.3 miljun parzjalment minn Fondi Ewropej, fit-Teatru Manoel se jsarraf sabiet it-tielet l-aktar teatru antik fl-Ewropa jittellgħu produzzjonijiet artistiċi tul is-sena kollha.

Mibni fl-1731 mill-Gran Mastru Manoel de Vilhena li tah ukoll ismu, it-teatru ġie mgħammar b’sistema ta’ ventilazzjoni u akklimatizzazzjoni, li tikklimatizza l-arja skont l-istaġun.

Is-sistema taħdem billi tgħaddi ilma sħun jew kiesaħ mis-saqaf u mal-art, u se tgħin biex it-temperatura mixtieqa, il-livelli tal-umdità u l-kwalità tal-arja jinżammu kostanti matul is-sena kollha filwaqt li tillimita l-ġenerazzjoni tal-kurrenti tal-arja u l-ħsejjes fit-teatru.Aqra aktar

Tiftakruhom dawn ix-xeni?

Xeni ta’ pajjiż li kien imsieħeb fl-Unjoni Ewropea iżda mgħaddas fl-għanqbud li kien minsuġ għas-spejjeż tal-libertá tal-espressjoni.

Tmien snin wara li d-dramm kontroversjali Ingliż Stitching ma tħalliex jittella’ f’Malta b’ordni tal-Qorti, finalment il-pubbliku Malti se jkun jista’ jarah.

Aqra aktar

40 artist minn 18-il pajjiż b’wirja rikka ispirata minn Picasso fi Spazju Kreattiv

“Dan huwa s-sabiħ tal-kultura u l-arti, it-twaħħid tal-espressjoni artistika internazzjonali f’binja minsuġa bejn it-tradizzjoni u l-modern. Huma okkażjonijiet bħal dawn li jkomplu jgħollu ’l fuq il-kwalità tal-kultura, billi nkomplu nressqu l-arti internazzjonali lejn il-poplu Malti, filwaqt li nkomplu noħolqu aktar opportunitajiet ta’ skambju artistiku għall-artisti Maltin,” qal il-Ministru għall-Ġustizzzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici.

Aqra aktar

Lejn politika kulturali nazzjonali

F’April li għadda l-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali nieda proċess konsultattiv mal-pubbliku biex titfassal Politika Kulturali Nazzjonali 2020-2025. Din se tkun it-tieni darba li l-pajjiż qed joħloq politika nazzjonali kulturali. L-ewwel waħda tnediet fl-2011. Minn dakinhar, żviluppi globali u lokali biddlu għal kollox ix-xenarju kulturali u twieldu wkoll sfidi ġodda.

Aqra aktar

ARA: Iniedu dokumentarju dwar il-Konvoj ta’ Santa Marija

Ġie mniedi dokumentarju sabiex jinġabru l-memorji importanti ta’ dan l-avveniment mil-lenti tan-nies li għexu dawk iż-żminijiet. Dan sar bl-għajnuna ta’ studenti mill-kulleġġ ta’ Santa Margerita f’Bormla li intervistaw diversi anzjani dwar il-ħajja tagħhom dak iż-żmien li tkellmu dwar it-tbatijiet li għaddew minnhom fil-ġimgħat u x-xhur li waslu għal wasla tal-Konvoj ta’ Santa Marija f’Malta.

Aqra aktar

Inrawmu d-djalogu bejn il-ġenerazzjonijiet permezz tal-istorja u l-kultura

‘Flimkien għal Ambjent Aħjar’ ħolqu dokumentarju bl-isem ta’ Lest We Forget, li jikkommemora l-75 anniversarju tal-Konvoj ta’ Santa Marija fl-2017.

Dan il-proġett kien possibbli permezz ta’ finanzjament miksub mill-fond Komunitajiet Kreattivi, fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Arti. Dan id-dokumentarju ġedded il-memorja kollettiva ta’ membri mill-komunità tat-Tlett Ibliet li għexu dan l-avveniment storiku. Dawn in-nies ġew intervistati minn studenti tal-Kulleġġ Santa Margerita.

Aqra aktar

L-erba’ baned tal-Kottonera jdoqqu flimkien fl-400 sena mill-wasla tal-Bambina

Permezz ta’ fondi miksuba mill-Komunitajiet Kreattivi, fond amministrat mill-Kunsill Malti għall-Arti, l-Amministrazzjoni tal-Bażilika tal-Belt Senglea flimkien mal-Għaqda Każini tal-Banda se jorganizzaw il-Festival tal-Baned, avveniment mill-baned tal-Kottonera għall-okkażjoni tal-400 sena mill-wasla tal-istatwa Marija Bambina fil-Belt Senglea.

“Avvenimenti ta’ din is-sura jkomplu jitfgħu dawl fuq l-importanza tal-kultura tagħna, kif ukoll ikomplu jsaħħu r-rwol importanti tal-kultura fil-qalba tal-komunità. Dan il-festival apparti l-għan ewlieni ta’ kommemorazzjoni li jġib miegħu, qiegħed ukoll jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-komunità fi ħdan il-Kottonera, kif ukoll ikompli jgħin u jibni fuq l-istrateġija tagħna sabiex dan is-settur ikun aċċessibbli għal kulħadd,” enfasizza l-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici waqt it-tnedija ta’ dan il-festival.

It-team tal-Festi Ċentinarji flimkien mal-membri tal-Għaqda Każini tal-Banda ħadmu flimkien sabiex dan il-festival jitwettaq. Saru diversi laqgħat mal-Każini tal-Banda tal-Kottonera u b’hekk tħejja programm apposta għal din l-okkażjoni.

L-għan ta’ dan il-festival huwa li l-erba’ baned tat-Tlett Ibliet jingħaqdu flimkien sabiex jaħdmu flimkien għal ġid tal-komunitajiet rispettivi tagħhom.

Permezz ta’ dan il-festival, kull banda se tagħmel marċ mat-toroq tal-Belt Senglea. Il-baned ser ikunu qed idoqqu minn rotot differenti fejn wara se jingħaqdu flimkien sabiex isellmu lill-Istatwa Inkurunata ta’ Marija Bambina. Fl-aħħar il-baned jingħaqdu flimkien bħala mass band taħt iz-zuntier tal-Bażilika. Il-mass band se tkun immexxija mis-Surmast Chev. Vincent Bonnici K.T. L. li huwa s-surmast Direttur tas-Soċjetà Filarmonika La Vincitrice, A.D. 1871.

Dan il-Festival se jittella’ fid-9 ta’ Ġunju fis-19:00, u l-programm tal-mass band taħt iz-zuntier tal-Bażilika se jibda għal ħabta tad-21:00.

Send this to a friend