Owen Bonnici – Page 6 – One News

Notifiki

42 Kunsill Lokali jingħataw għajnuna finanzjarja biex jipprovdu libreriji aħjar lill-komunitajiet tagħhom

Ftit jiem biss wara li l-kunsilli lokali ngħataw l-allokazzjoni finanzjarja tagħhom, dawn  ġew ippreżentati wkoll bis-somma ta’ ftit aktar minn €18,000 għall-iskema finanzjarja favur il-komunità, “Libreriji Lokali/Reġjonali”. L-għan ta’ din l-iskema huwa li l-libreriji lokali u reġjonali jkunu komdi u attrezzati kif suppost u jipprovdu servizz ta’ kwalità għolja biex iħajru aktar ċittadini jużaw il-libreriji.

Dawk il-kumitati reġjonali u kunsilli lokali li għandhom librerija pubblika kienu eliġibbli li japplikaw għal fondi permezz ta’ din l-iskema. Din l-iskema tiffinanzja 50% tal-ispiża sa massimu ta’ €600 (inkluża l-VAT) u tkopri diversi xogħlijiet jew xiri ta’ apparat jew servizzi.Aqra aktar

ARA: Inawgurat il-presepju Malti fi Pjazza Tritoni

 

Inawgurat il-Presepju maestuż fi Pjazza Tritoni u miftuħa uffiċjalment il-festi u l-attivitajiet tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena, fil-Belt Valletta. L-istess Presepju li sentejn ilu ntrama fil-Pjazza ewlenija tal-Vatikan u s-sena l-oħra fl-Art Imqaddsa f’Betlehem.

Aqra aktar

“Jien l-ewwel wieħed li rrid li l-inkjesta tiġi ppubblikata”- il-PM

“Jien u familti vittmi f’dan il-każ, iżda spiċċajt jien il-Qorti, niġi interrogat.”

Kliem il-Prim Ministru Joseph Muscat meta l-Ġimgħa filgħodu xehed quddiem l-Imħallef Robert Mangion, f’kawża kostituzzjonali li fetaħ il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia kontra l-Avukat Ġenerali dwar il-pubblikazzjoni sħiħa tal-inkjesta Egrant.Aqra aktar

Emendi fil-liġi li jsaħħu l-patrimonju Malti

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici fetaħ ir-raba’ simpożju biennali organizzat minn Wirt iż-Żejtun. Dan is-simpożju se jħares lejn il-villaġġ Malti, u għandu bħala kelliem ewlieni lill-Professur Dr Brian W. Blouet mill-Università William and Mary Williamsbrug mill-Istati Uniti, li hu magħruf għall-ktieb tiegħu The Story of Malta.

Aqra aktar

Send this to a friend