Owen Bonnici – Page 27 – One News

Notifiki

Passi kbar ‘l quddiem fis-servizzi elettroniċi tal-Qrati tal-Ġustizzja

Dalgħodu l-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonniċi ħabbar miżuri ġodda li se jagħmluha aktar faċli għal professjonisti legali jaħdmu b’aktar ħeffa, kumdità u effiċjenza.

Sa llum l-atti kollha li għandhom x’jaqsmu ma’ kawżi quddiem il-Qorti tal-Magistrati huma scanned u aċċessibbli online, kemm għall-avukati mil-Lecam online u kemm għaċ-ċittadin mill-MyActs.

Aqra aktar

Bonnici: “Ħaddieħor ipaċpaċ, aħna ndaħħlu t-trasparenza”

Fid-dawl li l-Partit Laburista huwa l-ewwel partit minn dawk ewlenin li rreġistraw mal-Kummissjoni Elettorali, il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici u kandidat għall-Deputat Mexxej qal li din hi ġurnata storika “li fiha qed nuru kif isiru l-affarijiet bis-serjetà.”  Bonnici qal li din hija okkażjoni oħra li turi biċ-ċar id-differenza bejn iż-żewġ partiti ewlenin f’pajjiżna.

Aqra aktar

‘Aħrab u mur Malta’ – parir tal-Wall Street Journal

Il-Knisja ta’ San Girgor, iż-Żejtun, il-Knejjes Barokki, Strickland, il-ħakkiema kollha li xi darba għaddew minn pajjiżna, l-effett tat-Tieni Gwerra …kollha sors ta’ faxxinu kbir għall-ġurnalist tal-Wall Street Journal, li f’artiklu dwar pajjiżna, provda dan il-parir:

Escape to Malta, a Place With a ‘Game of Thrones’ Past

It-titlu jirrifletti s-sejre li nġibdet f’Malta u għalhekk l-insdustrija tal-films li tant rat avvanzi f’dawn l-aħħar snin.

Aqra aktar

13-il nutar ġdid

13-il nutar irċevew il-warrants tagħhom, f’ċerimonja ppreseduta mill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici.

B’hekk b’kollox hawn 338 nutar hawn Malta.  Il-Ministru nnota li dan l-aħħar aktar qiegħdin jiggradwaw nisa milli rġiel. Awgurlahom ħidma dinjituża u emfasizza l-importanza ta’ ħidma serja u li tirrispetta l-etika.
F’ċerimonja li saret fil-post, il-Ministru ħabbar li ħareġ tender biex ikun irrestawrat is-saqaf tal-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija. Biex dan ma jibqax tal-ażbestos.

Ritratt: DOI, Jason Borg

Owen Bonnici jniedi kampanja bit-tema ‘Qrib Tiegħek’

Il-kuntatt kontinwu se jkun it-timbru tat-tmexxija ta’ Owen Bonnici kemm-il darba ikun elett bħala deputat mexxej tal-Partit Labusita. Huwa saħaq dan fit-tnedija tal-kampanja tiegħu għal din l-elezzjoni.

Jekk jingħata l-fiduċja, il-Ministru Owen Bonnici wiegħed li se jinbotta tlett prijoritajiet: stabilità u dinjità lill-Partit Laburista, sinerġija fil-ħidma tal-Gvern u tal-Partit u t-twettiq tal-ġustizzja soċjali.

Aqra aktar

Meta l-‘partner’ ikun magħruf

Saret drawwa għall-membri tal-Oppożizzjoni li jattakkaw jew jirreferu għal qraba ta’ deputati jew uffiċjali tal-Partit Laburista.

Rajniha fil-każ tad-deputat Silvio Schembri li nfetaħ attakk fuqu għax martu taħdem l-Awtorita Maltija għas-Servizzi Finanzjarji. Biex wara xhur sħaħ (saħansitra filwaqt li kienet tqila) li fihom kienet fil-mira ta’ kampanja sistematika fu il-media tal-PN irriżulta li bil-provi li ma kellha xejn x’taħbi.

Aqra aktar

Malta protagonista fil-protezzjoni ta’ tfal fi kwistjonijiet internazzjonali

Dalgħodu ingħata bidu għall-konferenza li fiċ-ċentru tagħha hemm il-protezzjoni tat-tfal u l-liġi tal-familja.

Għaliha qed jattendu aktar minn 130 parteċipant minn pajjiżi differenti, biex jiddiskutu proċessi legali u etiċi, ħalli kemm jista’ jkun ma ssir ebda ħsara psikoloġika jew emozzjonali meta t-tfal jesperjenzaw firda fil-familja tagħhom.

Aqra aktar

Każ quddiem il-Kummissarju tal-ġustizzja

Tul l-ewwel sena minn mindu daħal fis-seħħ l-Att dwar id-Dipendenza fuq id-droga, il-Kummissarju tal-Ġustizzja, rwol maħluq minn dan l-istess att, semgħet tlett mija, erbgħa u erbgħin każ ta’ pussess sempliċi ta’ droga.

F’ tlettax-il seduta, minn Settembru tas-sena li għaddiet sa’ Marzu ta’ din is-sena, il-Kummissarju Vicky Scicluna, semgħet każijiet t’ individwi li nqabdu b’ammonti żgħar ta’ droga u li weħlu multa minima mingħajr ma tħamġitilhom il-kondotta.

Mit- 344 każ, 86 minnhom kienu persuni ta’ nazzjonalita barranija, 25 persuna kienu volontarjament irreferuti għall-għajnuna jew mitluba jattendu għal seduta oħra biex il-kummissarju tkun żgurata li dawn il-persuni jirċievu l-għajnuna li jeħtieġu.

Iżda l-għajnuna ulterjuri f’ dan l-istadju tista tkun rifjutata.  Madanakollu mat-tieni sejba ta’ ħtija, l-għajnuna hija imposta u l-każ ikun riferut quddiem il-Board ta’ Rijabilitazzjoni mid-Droga, ppresedut mill-ex Imhallef Giovanni Bonello.

S’issa kienet persuna waħda biss li nstabet ħatja darbtejn fi żmien ta’ sentejn jew inqas għalhekk ġiet riferuta quddiem dan il-Board.

Il-Ministru għall-ġustizzja Owen Bonnici stqarr li l-għan tal-liġi, li persuna tingħata l-għajnuna flok tkun trattata bħala kriminal, qed jintlaħaq.

Il-Bord għandu poter li jimponi ċertu direttivi li jwasslu għal konsegwenzi jekk ma jiġux obduti mill-persuna. Dan il-Board jisma’ ukoll każijiet ġenwini ta’ vittmi tad-droga mixlija b’pussess aggravat, meta l-Qorti tal-Maġistrati jidhrilha li l-akkużat għandu dipendenza serja fuq id-drogi iżda għandu l-volontà li joħroġ mill-vizzju.

Jekk ir-rijabilitazzjoni tkun suċċess, imbagħad il-Qorti tal-Maġistrati tagħti piena li ma tkunx waħda ta’ ħabs bilfors.

Tul is-sena saru disgħa u sebgħin talba għal riferenza mill-Qorti tal-Maġistrati għal quddiem il-Board tar-rijabilitazzjoni mid-Droga, minnhom kienu riferuti erbatax-il każ u s’issa ħames każijiet jinsabu fi stadju avvanzat.

 

 

Send this to a friend