Orkestra – One News

Notifiki

L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta bi ftehim kollettiv ġdid

L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta ffirmat ftehim kollettiv għall-mużiċisti tagħha, u b’hekk se tkompli tibni fuq il-livelli li qiegħda tikseb kif ukoll issahhah f’livelli bla precedent il-karriera ta’ mużiċisti professjonali.

Apparti żieda fil-paga u kundizzjonijiet ta’ xogħol aħjar, il-ftehim kollettiv jinkludi wkoll klawżoli li qegħdin hemm biex iħeġġu lill-mużiċisti fi ħdan l-Orkestra Filarmonika biex jipparteċipaw f’inizjattivi lil hinn mill-orkestra, speċjalment fejn hemm ċans ta’ rappreżentazzjoni Maltija fi proġetti individwali.

Il-ftehim ġie ffirmat miċ-Chairman eżekuttiv tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta Sigmund Mifsud u l-union tal-mużiċisti. Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici kien preżenti.

Aqra aktar

L-Orkestra Filarmonika teżegwixxi The Planets

Is-suite epika The Planets ta’ Gustav Holst se tindaqq mill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta u se tkun il-qofol ta’ kunċert nhar l-Erbgħa 15 ta’ Novembru.

Fil-kunċert li se jsir f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, l-orkestra se tkun immexxija mid-direttur mużikali Grieg Michalis Economou. Economou diġà kien idderieġa l-Orkestra ta’ Malta f’Novembru 2016 f’kunċert tax-xogħlijiet ta’ Dvořák u Elgar quddiem udjenza li mliet it-Teatru Manoel.Aqra aktar

Michelle Muscat tniedi Classics Under the Stars ta’ din is-sena

Il-kunċert Classics Under the Stars għal din is-sena se jsir nhar il-Ħamis 27 ta’ Lulju fil-Palazz tal-Girgeni fis-Siġġiewi.

Ħabbret dan Michelle Muscat waqt konferenza tal-aħbarijiet. Spjegat li d-dħul tal-kunċert huwa b’xejn, iżda se jinġabru donazzjonijiet għal santwarju tal-klieb. Bħal kull sena, l-kunċert isir mill-orkestra nazzjonali ta’ Malta. Iżda din is-sena se tkun immexxija mis-surmast Ernest Host, konduttur ta’ fama internazzjonali. Flimkien mal-orkestra se jkun hemm ukoll it-tenur Alan Sciberras.

Spettaklu Malti jħalli marka fi Brussell

Kienu l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta taħt id-direzzjoni ta’ Brian Schembri b’kolaborazzjoni mat-tenur Malti b’fama internazzjonali, Joseph Calleja, li taw spettaklu mill-isbaħ f’kunċert li fetaħ il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea 2017 fi Brussel ilbieraħ.

Il-kunċert kellu programm li jiġbor fih siltiet mużikali Ewropej flimkien ma’ xogħlijiet ta’ tliet kompożituri Maltin.

Joseph Calleja, b’leħen grandjuż, ta spettaklu mill-isbaħ fejn żgur mhux forsi dawk li kienu preżenti setgħu jisimgħu talent Malti li ftit hawn bħalu.

Aqra aktar

Minn Għawdex, jikkonduċi fil-Messiku

Is-surmast Għawdxi Colin Attard żar il-Messiku bħala konduttur tal-Orquesta Sinfonica del Estado de Mexicofor għall-kunċert finali tal-orkesta għal din is-sena. L-Orkestra għażlet lis-surmast Għawdxi wkoll għax kienet qed tiċċelebra l-45 anniversarju tagħha.

Attard huwa l-fundatur u direttur ta’ Gaulitanus Choir u d-direttur artistiku ta’ Gaulitana: A Festival of Music. Dan apparti li huwa d-direttur mużikali ta’ Teatru tal-Opra Aurora u tal-Leone Philharmonic Society.

Il-kunċert ittella’ f’Sala Felipe Villanueva f’Toluca, fejn Attard ġie intervistat mis-sit Diario del Estado de  México.

Aqra aktar

L-Orkestra Nazzjonali tinsab Ruma u għaddejja bil-provi għal nhar is-Sibt

Dan ir-ritratt juri l-provi li saru hawn Malta għall-kunċert ta’ nhar is-Sibt li ġej fil-Vatikan.
Il-bieraħ l-orkestra Nazzjonali waslet Ruma, fejn kompliet bil-provi flimkien mal-Maestro Brian Schembri. F’Ruma se jkunu qed jinterpertaw il-Missa Solemnis ta’ Beethoven fil-Basilica Papale di San Paolo Fuori Le Mura, flimkien mal-Coro Dell’Accademia Nazjonale di Santa Cecilia.

L-ewwel presepju Malti eżebit fil-Vatikan

Għall-ewwel darba, presepju Malti se jkun dak ewlieni fil-Vatikan. Kull sena tpoġġa presepju li jkun magħmul minn xi reġjun Taljan differenti, iżda din is-sena presepju magħmul propju f’pajjiżna se jkun eżebit fi Pjazza San Pietru matul l-ewwel ġimgħa ta’ Diċembru sat-8 ta’Jannar. L-orkestra nazzjonali ta’ Malta se tkun ukoll qed itella kunċert fil-vatikan fis-17 ta’ Diċembru.
Aqra aktar

Send this to a friend