organi – One News

Notifiki

Tifla ta’ 13-il sena tgħin tmien persuni wara mewtha

Jemima Layzell minn Somerset għenet tmien persuni differenti wara l-mewt tagħha fl-2012. Layzell tat qalba, il-frixa, il-pulmun, il-kliewi, parti mill-kanal tal-ikel u l-fwied tagħha li minnhom ibbenefikaw madwar ħamest itfal. Normalment donazzjoni tirriżulta f’madwar tlett trapjanti u għalhekk dan qed jitqies bħala numru rekord.

Aqra aktar

Missier jingħata ċ-ċans li jerġa’ jisma’ l-qalb ta’ bintu tħabbat

Ma kellu xejn ħlief dmugħ – Missier li sema’ l-qalb ta’ bintu tħabbat f’raġel ieħor. Dan wara li t-tifla tiegħu tilfet ħajjitha u ta’ sittax-il sena kienet iddeċidiet li tiffirma l-karti biex f’każ ta’ mewt l-organi tagħha jkunu jistgħu jgawdu minnhom persuni oħra fil-bżonn.

Dan il-missier, Bill Conner, kien għaddej bi vjaġġ bir-rota biex joħloq aktar għarfien dwar l-importanza tad-donazzjoni tal-organi meta rċieva t-telefonata li jista’ jiltaqa’ mar-raġel li llum huwa ħaj grazzi għal bintu.

Aqra aktar

FILMAT: Żagħżugħ b’reazzjoni mill-isbaħ wara trapjant tal-qalb

Dan il-filmat mill-isbaħ qed joffri tama madwar id-dinja. Filmat li juri ż-żagħżugħ ta’ 16-il sena, Amari Hall, jifraħ u jiżfen wara trapjant tal-qalb. Dan wara li kien ilu xhur l-isptar jistenna għal dan it-trapjant, biex imbagħad donatur tal-organi biddel il-ħajja ta’ dan il-ġuvni.

Fl-isptar tal-Università Maryland iz-zija ta’ Amari rrekkordjat il-mument ta’ ferħ wara li l-operazzjoni kienet ta’ suċċess, ferħ li bħal donnu ttieħed hekk kif anke t-tobba u l-infermiera bdew jifirħu miegħu. Filmat li jagħti tama sabiħa lil dawk li forsi bħal dan iż-żagħżugħ qed jistennew trapjant.

Aqra aktar

Send this to a friend