oppożizzjoni – One News

Notifiki

“L-Oppożizzjoni tinjora l-fatti biex terġa’ tattakka l-armata” – il-PL

Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li l-kelliem tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista għall-Intern, Beppe Fenech Adami, reġa’ rrikora għal stqarrija mgħaġġla u partiġġjana bbażata biss fuq dak li qara fil-midja soċjali. Il-Partit Laburista qal li fl-istess ħin, il-Partit Nazzjonalista injora stqarrijiet uffiċjali li jmeru għal kollox il-konklużjonijiet tal-kelliem tiegħu, fosthom dik li xi ħadd, li allegatament għamel il-ħażin, sab xi forma ta’ protezzjoni.

Hawnhekk il-Partit Laburista rrefera l-Oppożizzjoni Nazzjonalista fi stqarrija uffiċjali maħruġa mill-Forzi Armati ta’ Malta, li fiha hemm ċar iddikjarat li suldat wieħed biss li rrifjuta li jagħmel it-test għad-droga ġie mkeċċi mmedjatament mill-Forzi Armati.

“Li Beppe Fenech Adami u l-Partit Nazzjonalista ma jitilfux okkażjoni waħda biex jattakkaw l-armata kulħadd jafha. Ilhom snin mhedija f’attakk insensat fuq it-tmexxija tal-armata, liema attakk anke l-Qorti ġabitu fix-xejn”, saħaq il-Partit Laburista.

Intqal kif il-Forzi Armati wrew li quddiem kull tip ta’ allegazzjonijiet huma sodi favur id-dixxiplina u kif intqal mill-Forzi Armati ta’ Malta stess, jekk minn inkjesta interna dwar dan il-każ jirriżulta li hemm ħtieġa ta’ passi oħra, dawn jittieħdu.

“Beppe Fenech Adami qed juri bil-kontra. Għaliex jagħti kenn lil min l-għemil tiegħu qajjem ħafna mistoqsijiet biex jattakka lil min ħa passi kull meta ġie quddiemu aġir mhux denju ta’ membru tal-armata”, temm jgħid il-Partit Laburista.

Oppożizzjoni mifxula u mhux preparata

L-Oppożizzjoni Nazzjonalista tinsab għal darb’oħra mifxula u mhux preparata quddiem Gvern li b’konvinzzjoni hu lest biex ikompli jtejjeb l-Istituzzjonijiet Maltin, filwaqt li jsaħħaħ ir-reputazzjoni ta’ pajjżna fuq livell internazzjonali. Aqra aktar

Hekk kienu, hekk jibqgħu

Pajjiżna għaddej minn sitwazzjoni diffiċli. Sitwazzjoni li ħafna minna, biex ma ngħidx ħadd minna, qatt ma esperjenzawha. Sitwazzjoni li tinħtieġ li lkoll kemm aħna, aħna min aħna, niġbdu ħabel wieħed biex noħorġu minnha bl-inqas danni possibbli. Aqra aktar

Send this to a friend