open arms – One News

Notifiki

273 immigrant abbord bastiment tal-Open Arms se jidħlu f’Palermu

Il-bastiment tal-Open Arms b’273 immigrant abbord se jidħol f’Palermu fi Sqallija.

Fl-aħħar sigħat, l-għaqda mhux governattiva Spanjola Open Arms bdiet titlob lil Malta biex taċċetta li jiġu żbarkati l-immigranti li hemm abbord il-bastiment tagħha f’pajjiżna iżda l-Gvern Malti rrifjuta li jagħmel dan.

Il-Gvern Malti żamm mal-pożizzjoni soda tiegħu u din l-aħħar azzjoni b’saħħitha ta’ Malta ssegwi oħra tas-Sibt li għadda meta immigranti li kienu fuq tanker Daniż Etienne Maersk kienu kostretti li jiddaħħlu f’Pozzallo, fi Sqallija.

Għall-ġimgħat sħaħ kien hemm pressjoni kbira fuq Malta biex iddaħħal l-immigranti iżda l-Prim Ministru Robert Abela kien saħaq li ma jdaħħalx dawn l-immigranti li marru abbord bastiment Daniż wara li kienu f’żona ta’ tiftix u salvataġġ tat-Tuneżija.

Ara wkoll: 

Malta tirrifjuta li bastiment tal-Open Arms idaħħal 273 immigrant f’pajjiżna

 

Spanja toffri, l-Open Arms tgħid mhux possibbli

Aġġornament:

Qed tkompli tiżviluppa s-sitwazzjoni tal-bastiment Open Arms b’rapporti fil-midja Taljana jgħidu li l-kaptan tal-bastiment qed jgħid li f’dawn iċ-ċirkostanzi ma jistax isuq lejn Spanja. Intant, kien hemm immigranti li bdew jaqbżu l-baħar bit-tama li jaslu Lampedusa. Aqra aktar

L-‘Open Arms’ viċin Lampedusa

Il-bastiment Open Arms resaq iktar viċin Lampedusa u jinsab fl-ibħra territorjali Taljani.

Dan il-vapur hu  mmexxi minn NGO Spanjola u fuqu għandu 147 immigrant li ilhoma bejn sema u ilna diversi jiem. Aqra aktar

Send this to a friend