online – One News

Notifiki

Iżjed servizzi governattivi online filwaqt li se jittriplaw iċ-ċentri ta’ servizz.gov

Tniedew diversi servizzi governattivi ġodda offrut b’mod online.

Is-servizzi jinkludu l-Energy Efficiency Website, fejn wieħed jista’ jieħu pariri kif inaqqas il-konsum tad-dawl u l-ilma, pjattaforma biex sewwieqa prospettivi japplikaw għall-permess tat-tagħlim u l-eżami tas-sewqan, il-customer care għall-Awtorità tal-Ambjent, BusinessEnhance.mt, Malta Trade Licences Portal, Legislation MT, l-Arkivji Notarili u r-Reġistru tal-Avukati. Aqra aktar

Imnedi l-programm sabiex jgħin lin-negozji jimirħu online

Is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali Clayton Bartolo nieda l-programm eBiznify. Din hija pjattaforma li tista’ sservi t’għodda għan-negozji  sabiex jaddattaw in-negozji tagħhom skont l-esigenzi matul din il-pandemija mingħajr ma jidħlu fi spejjeż żejda.

Huwa spjega: “B’investiment ta’ madwar 40 elf ewro u b’mira li jkollna madwar sittin student illi jipparteċipaw f’dan il-programm qed naraw kif nagħtu l-ħtiġijiet lin-negozji sabiex ikunu jistgħu anke jimpruvjaw dejjem iżjed in-negozju tagħhom.”

Ebiznify ser jitwassal b’kollaborazzjoni bejn l-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni u l-Fondazzjoni għall-ħiliet teknoloġiċi.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni Jesmond Bugeja tenna li ser ikunu qed jingħataw lezzjonijiet online b’kontenut prattiku dwar it-taħriġ fuq it-teknologija fil-kummerċ elettroniku, kif ukoll kif tippromovi n-negozju tiegħek online.

Dawk li huma nteressati isegwu il-programm eBiznify, jistgħu jagħmlu dan billi japplikaw online fuq is-sit ebiznify.com

L-aqwa fl-Ewropa anke online

Malta żammet l-ewwel post fost il-bqija tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea fl-egovernment, jiġifieri dawk is-servizzi governattivi online li l-gvern joffri liċ-ċittadini u lin-negozji.

Dan ikkonfermatu l-Kummissjoni Ewropea fil-pubblikazzjoni eGovernment Benchmark għal din is-sena.Aqra aktar

Send this to a friend