Olimpjadi – One News

Notifiki

Il-ħolma li tieħu sehem fl-Olimpjadi jkollha tistenna ftit

 

Ilha taħdem għal dan il-mument 14-il sena. Fl-2016 ma kkwalifikatx iżda fl-2020 stinkat biex tipparteċipa fl-Olimpjadi ta’ Tokjo. Ħidma li waqfet ħesrem minħabba l-pandemija u l-Olimpjadi ġew posposti. Aqra aktar

L-Olimpjadi jistgħu jiġu postposti

Matul il-ġurnata tal-lum, il-Prim Ministru Ġappuniż Shinzo Abe ikkonferma li qed tiġi kkunsidrata l-idea tal-possponiment tal-Olimpjadi li huma skedati li skedati li jsiru bejn Lulju u Awwissu li ġej minkejja li fl-aħħar jiem lis-stess Prim Ministru insista li dan il-logħob għandu jsir b’mod regolari.Aqra aktar

Il-mexxejja tal-Korea jfaħħru lil xulxin

Il-mexxej tal-Korea ta’ fuq, Kim Jong-un faħħar il-Korea t’isfel talli laqgħu il-Korea ta’ fuq fl-Olimpjadi tax-Xitwa u appella biex tibqa’ tisaħħaħ ir-rikonċiljazzjoni bejn iż-żewġ naħat.

Il-kummenti waslu wara li d-delegazzjoni uffiċjali tal-Korea ta’ fuq, immexxija minn oħt Kim, Kim Yo-jong, waslet lura miż-żjara fi Pyeongchang.

Qed ikun irrapurtat li Kim sejjaħ l-isforzi mill-Korea t’isfel bħala impressjonanti. Minkejja dan, kien hemm tħassib li l-Korea ta’ isfel ippermettiet lill-Korea ta’ fuq biex tirbaħ rebħa propogandista.

Il-Korea ta’ Fuq se tibgħat tim fil-logħob Olimpiku ta’ Pyeongchang

Il-Korea ta’ Fuq għandha tibgħat delegazzjoni għal-Logħob Olimpiku tax-Xitwa tal-2018, li se ssir fil-Korea t’Isfel fi Frar. Dan qaluh uffiċjali mill-Korea t’Isfel. It-tħabbira progressiva seħħet hekk kif il-pajjiżi ltaqgħu għall-ewwel taħditiet ta’ livell għoli wara aktar minn sentejn. Id-delegazzjoni ser tinkludi atleti, uffiċjali u kif ukoll partitarji.


Il-Korea ta’ Isfel ipproponiet ukoll laqgħat familjari matul l-Olimpjadi tax-Xitwa għal nies li sfaw isseparati minħabba l-gwerra Koreana. Din il-kwistjoni hija waħda ferm emozzjonali għaż-żewġ pajjiżi, u l-Korea t’Isfel kontinwament qed tinsisti biex isiru aktar laqgħat.


Il-laqgħat huma mistennija li jsiru matul il-vaganzi tas-Sena lunari l-Ġdida, li jiġu ċċelebrati matul il-Logħob Pyeongchang. Seoul appella wkoll għall-atleti miż-żewġ pajjiżi Koreani biex jimxu flimkien fiċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Logħob Olimpiku. Għadu mhux magħruf kif il-Korea ta’ Fuq wieġbet għal dawn l-offerti. L-aħħar darba li ż-żewġ pajjiżi mxew flimkien taħt il-bandiera tal-Peniżola Koreana kien aktar minn 10 snin ilu, fl-Olimpjadi tax-Xitwa tal-2006.

Żviluppi dwar l-Olimpjadi fil-Korea ta’ Isfel

Il-Korea ta’ Fuq aċċetat li tibgħat delegazzjoni għad-diskussjonijiet dwar l-Olimpjadi fil-Korea ta’ Isfel. Il-Laqgħa li ser issir nhar it-Tlieta ser tiffoka l-iżjed fuq il-mod kif atleti mill-Korea ta’ Fuq ipparteċipaw fl-Olimpjadi magħrufa bħala tax-xitwa x-xahar li ġej.
Il-mexxej Korean – Kim Jong Un – sostna li jekk jibgħat delegazzjoni f’ dawn l-olimpjadi jkun qed juri għaqda fost il-Koreani. Il-Laqgħa mistennija ssir fil-Panmunjom fil-burdura ta’ bejn il-Korea ta’ Fuq u Isfel. Dan il-villaġġ huwa magħruf bħala l-villaġġ tal-Paċi u fis-snin passatti dejjem saru d-diskussjonijiet bejn ż-żewġ partijiet. L-ewwel fuq l-aġenda fost affarijiet oħra se jkun hemm il-logħob tal-Olimpjadi fix-Xitwa. Dawn se jkunu l-ewwel diskussjonijiet bejn il-Korea ta’ Fuq u dik t’ Isfel sa minn Diċembru tal-elfejn u ħmistax. Il-President tal-Korea ta’ Isfel Moon Jae qal li qed jara dawn l-Olimpjadi bħala l-mezz ta’ għaqda u li jteju r-relazzjonijiet bejn il-Korea ta’ Fuq u t’ Isfel – dan anke għall-fatt li huma għadhom teknikament fi gwerra.
 

Atleta Malti jingħata t-titlu ta’ SIGA Champion

L-ewwel atleta, b’diżabiltà intelletwali, li qatt ingħata t-titlu ta’ SIGA (Sport Integrity Global Alliance) Champion huwa propju atleta ta’ Special Olympics Malta fid-dixxiplina tal-atletika, Gilmour Borg. Din l-aħbar ingħatat fil-kapitali Portugiża Lisbona, nhar l-Erbgħa 26 ta’ Lulju fil-preżenza tal-istess Borg fejn intlaqgħet b’sodisfazzjon kbir. Aqra aktar

Il-mara speċjali li tieħu ħsieb atleti speċjali

Il-gazzetta Kulħadd tkellmet ma’ Ann Calleja, direttur nazzjonali ta’ Special Olympics Malta u li tant taħdem biex tfal u żgħagħ b’diżabiltà jikkompetu b’mod normali ma’ oħrajn f’diversi dixxiplini tal-isport waqt li jkollhom l-istess drittijiet. Dan bil-għan li d-diżabiltà ma tippreżenta l-ebda xkiel fl-isport.

Aqra aktar

Daqqa għat-tama ta’ Chetcuti li jirbaħ midalja fl-olimpjadi

It-tamiet ta’ Malta li fi żmien qrib ikollha midalja fl-olimpjadi ħadu daqqa ta’ ħarta. Dan hekk kif l-isport tad-Double Trap mhux se jibqa’ fil-programm tal-Olimpjadi. Dan ifisser li x’aktarx l-isportiv Malti, William Chetcuti, li ħafna drabi kien l-iktar li jersaq qrib li jirbaħ il-midalja f’dan l-isport ma jkunx qed jikkompeti.

Aqra aktar

Żgħażagħ li pajjiżna għandu jkun kburi bihom

L-hekk imsejħa Queen’s Young Leaders, li se jirrappreżentaw lill-Malta f’Londra, iltaqgħu mal-Prim Ministru Joseph Muscat. Eman Borg minn Għawdex u Vladyslava Kravchenko minn Malta ntgħażlu biex jirċievu premju prestiġjuż li jagħraf u jiċċelebra sittin żagħżugħ u żagħżugħa eċċezzjonali fi ħdan il-Commonwealth.

Huma se jingħataw premju mir-reġina f’Ġunju, iżda mhux biss. Se jingħataw taħriġ ta’ sena u opportunitajiet jitgħallmu dwar kif jistgħu jkunu mexxejja tajba fil-komunità tagħhom, bil-għan li jġibu bidla għall-aħjar.

Aqra aktar

Send this to a friend