Notifiki

F’seba’ xhur l-OHSA wettqet aktar spezzjonijiet mis-sena l-oħra kollha

Fl-ewwel seba’ xhur ta’ din is-sena l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol qabżet in-numru ta’ spezzjonijiet li wettqet tul is-sena l-oħra kollha. Dan spjegah il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Dr. Mark Gauci fejn sostna li ta’ kull sena l-OHSA qed tiżboq il-miri milħuqa fis-snin preċedenti.Aqra aktar

L-OHSA b’4,264 spezzjoni fuq siti ta’ kostruzzjoni

L-Awtoritá għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol wettqet ’il fuq minn 4,000 spezzjoni fuq diversi siti ta’ kostruzzjoni mill-bidu tas-sena l-oħra sal-aħħar t’Awwissu ta’ din is-sena.

One News tkellem mal-Kap eżekuttiv tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol Dr Mark Guaci li saħaq li l-għadd ta’ spezzjonijiet turi r-rilevanza tal-Awtorità u kemm għadha qrib tal-ħaddiema.Aqra aktar

Regolamenti ġodda għall-ħaddiema li jaħdmu fil-bini

L-Awtorita Maltija għas-saħħa u s-sigurta fuq il-Post tax-Xogħol, l-OHSA, ħabbret regolamenti ġodda skont id-direttiva ewropea għall-ħaddiema li jaħdmu f’siti ta’ kostruzzjoni.

Is-sena li għaddiet f’Malta kellna inċident wieħed biss fuq il-post tax-xogħol li kien fatali. Fl-Ewropa wieħed minn kull ħames inċidenti fatali fuq il-post tax-xogħol ikunu f’siti ta’ kostruzzjoni.

Għaldaqstant, bir-regolamenti l-ġodda li se jidħlu fis-seħħ f’Awwissu, se tintefa’ aktar responsabbilità fuq il-kuntrattur jew il-bennej, milli fuq il-klijent li jkun talab biex isir ix-xogħol ta’ kostruzzjoni.

Sid ta’ post domestiku jew stabbiliment mhux se jibqa’ responsabbli ta’ dak kollu li jiġri. Iżda f’każ ta’ inċident ir-responsabbiltà ser taqa’ f’idejn il-kuntrattur jew il-bennej.

Il-Ministru Helena Dalli qalet li dawn il-miżuri ġodda ser iwasslu għal aktar protezzjoni għall-ħaddiema fuq dawn il-postijiet tax-xogħol.

Hu bir-regolament qed jitneħħa resp fuq minn ikun talab ix-xogħol. Jista jkun qed isiru xoghlijiet u jinqala accident. Ir respon taqa f’idejn l-kuntrattur.”

Bidla oħra hija li minn żewġ ‘project supervisors’ ser ikun hemm wieħed li xogħlu jobbligah iħares is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema u l-ambjent fuq il-post tax-xogħol filwaqt li jara li jittieħdu l-miżuri kollha u li jiġu evitati l-perikli.

Il-Kap Eżekuttiv tal-OHSA Mark Gauci elenka bidliet oħrajn għall-ħaddiema li jkunu qegħdin jagħmlu x-xogħol ta’ kostruzzjoni fl-għoli.

“Waħda mill-affarijiet enfasisati li waqat mill-għoli. Il-mizuri tekniċi li iridu jittiehdu biex jipprevjeni waqgħat mill-għoli.”

Dr Guaci saħaq li min iħaddem irid ikompli jipprovdi l-affarijiet protettivi filwaqt li l-ħaddiem obbligat jagħmel użu minnhom.

Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Awditur lill-OHSA “imorru kontra Direttivi Ewropej”

ll-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza Helena Dalli iddefendiet ir-reazzjoni tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għal rapport tal-Awditur billi qalet li ċerti rakkomandazzjonijiet li saru jmorru kontra direttivi ewropej.

Meta kienet qed tagħlaq id-dibattitu dwar l-estimi finanzjarji tal-awtorità, il-Ministru Dalli qalet li trid li r-rapport tal-awditur jiġi diskuss fil-Kumitat tal-Kamra għall-Kontijiet Pubbliċi biex issir evalwazzjoni sewwa.

Aqra aktar

Send this to a friend