odż – One News

Notifiki

BFA webbes rasu u baqa’ ma rranġax l-illegalitajiet fil-villa tiegħu

Id-deputat u l-Eks Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami baqa’ jwebbes rasu u ma rranġax l-illegalitajiet fil-villa tiegħu fil-Għargħur. Dan minkejja li wara li applika biex jissanzjona partijiet mill-proprjetà u jagħmel xi tibdil ieħor, kien impenja ruħu li se jirranġa dak li ma kellux skont il-permess, fost oħrajn f’żona ODZ.

Iżda, meta ġie għall-mument tal-prova Beppe Fenech Adami reġa’ m’osservax il-liġi u m’għamel xejn minn dak imwiegħed. Biex meta l-applikazzjoni tiegħu telgħet quddiem il-Kummissjoni għall-Ippjanar għal deċiż- joni finali, din il-Kummissjoni ma kellhiex għażla għajr li tirrifjuta l-permess b’mod unanimu. L-abbużi ta’ Fenech Adami jmorru lura għal qabel l-elezzjoni ġenerali meta l-gazzetta Kullħadd kienet fost dawk li żvelaw l-aġir tal-Eks Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista b’rabta mal-proprjetà tiegħu li għandha valur miljunarju.

Aqra aktar

BFA ordnat ineħħi l-illegalitajiet

Beppe Fenech Adami dejjem ċaħad li kellu illegalitajiet u saħansitra rebaħ libell fil-Qorti kontra ONE NEWS li żvela l-istorja.

Iżda, jirriżulta li eventwalment għamel applikazzjoni biex jissanzjona l-illegali u minn dak irrapportat fl-orizzont jirriżulta li Awtorità tal-Ippjanar qaltlu li jrid ineħħi dak li għamel bla permess u kontra r-regoli għal żoni ODZ biex imbagħad tkun tista’ tikkunsidra passi oħra.

Aqra aktar

Dinglin kontra l-iżvilupp ta’ lukanda f’żona ODZ

Applikazzjoni ta’ outline permit preżentata fl-1 ta’ Ġunju  għat-twaqqigħ u żvilupp mill-ġdid tal-eks fabbrika tal-isplussiv f’Ħad-Dingli, iktar magħrufa mir-residenti bħala l-fabbrika tal-Ġelatina fiż-żona tal-Qaws, f’resort u spa ma niżlet tajjeb xejn mar-residenti Dinglin li se jkunu qed jagħmlu minn kollox biex joġġezzjonaw l-hekk imsejjaħ żvilupp propost.

Aqra aktar

Simon Busuttil ħa jfalli test ieħor

Simon Busuttil ma jistax jibqa’ b’ ħalqu magħluq quddiem każ potenzjalment ta’ frodi fl-applikazzjoni għall-Villa f’ żona ODŻ mid-deputat tiegħu Toni Bezzina.

Dan qaluh il-Ministru Edward Zammit Lewis u d-deputat Laburista Clifton Grima f’ konferenza tal-aħbarijiet tal-Partit Laburista fid-dawl tal-aħħar żviluppi li turi kif Bezzina vvinta fl-applikazzjoni biex din setgħet tkun approvata.

Aqra aktar

Front Ħarsien ODZ jiddeskrivi inaċċettabbli l-ħsieb ta’ Bezzina

Il-ħsieb ta’ Toni Bezzina biex jibni Villa f’ODZ kien deskritt bħala mhux aċċettabbli, fi stqarrija tal-Front Ħarsien ODZ.

Il-Front ikkummenta dwar l-iżvilupp maħsub, wara li l-Ħadd Toni Bezzina inkixef mill-gazzetta KullĦadd u l-każ kien rrapportat f’dettall minn ONE News.

Fi stqarrija qalu li l-applikazzjoni ta’ Bezzina, li kienet taħseb għal bini ġdid, swimming pool u drive-in, mhux aċċettabbli. Fl-istess stqarrija mbagħad ikkritikaw politika tal-Awtorità tal-Ippjanar u qalu li din għandha tinbidel. Ma naqsitx l-anqas il-kritika lejn ONE NEWS għaliex espona l-każ skont huma “b’interessi partiġjan.”

NIŻVELAW IL-PJANTI TA’ BEZZINA

L-għada li Toni Bezzina inqabad li ried jibni villa f’żona ODZ u qal li kulma ried jagħmel kien li jirrestawra xi bini dilapitat, ONE NEWS ippubblika l-pjanti mfassla minnu u li jikkonfermaw b’mod ċar dettalji żvelati mill-KullĦadd fil-ħarġa tal-Ħadd.

F’post protett taħt l-Imdina Toni Bezzina ried post lussuż bil-kumditajiet kollha u ma ta ebda kas li bħala wieħed mill-awturi tar-rapport tal-ambjent tal-Partit Nazzjonalista kien qal li “ODZ is ODZ.”

Il-pjanti ta’ kif inhi l-art issa u ta’ kif inhu propost li tinbena juru b’mod ċar li dak propost minn Bezzina kien se jżid sew il-medda art imbgħabsa mill-iżvilupp.

Aqra aktar

Send this to a friend