obeżita – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Il-Maltin fost l-aktar li jgħixu fit-tul

Il-Maltin igawdu minn stat ta’ saħħa tajjeb u huma fost l-aktar li jgħixu fit-tul fost iċ-ċittadini kollha tal-Unjoni Ewropea.

Dan ħareġ minn rapport Ewropew ippubblikat l-Erbgħa, imsejjaħ “State of Health in the EU”, li analizza l-istat ta’ saħħa f’Malta matul is-2019. Aqra aktar

L-obeżità swiet €36 miljun fl-2016

Rapport li studja n-nefqa kawża tal-problema  tal-obeżità f’pajjiżna matul is-sena li għaddiet, wera kif din laħqet xejn inqas minn sitta u tletin miljun ewro.  Aktar minn kwart tal-popolazzjoni Maltija hija obeża u għalhekk ma kinetx sorpriża li l-istudju ħareġ b’ċifra meqjusa fenomenali.

Ir-rapport, li sar minn PricewaterhouseCoopers, innota ż-żieda ta’ persuni obeżi minn 23%  fl-2002, għal 25%  fl-2015.

Kienet din iż-żieda li xprunat lill-waħda mill-ikbar kumpaniji tas-servizzi f’Malta timbarka fuq proġett biex tistudja l-kawża ta’ din il-pjaga fis-soċjetà Maltija u l-prospetti għal li ġej.

Aqra aktar

Inqas imwiet minħabba piż żejjed

L-obeżità toffri sfidi mhux żgħar, hekk kif tista’ ġġib numru ta’ kumplikazzjonijiet fis-saħħa tal-bniedem. Studju fuq ħamsa u għoxrin sena janalizza n-numru ta’ mwiet u snin ta’ ħajja b’saħħitha mitlufa minħabba l-obeżita. F’pajjiżna, minkejja li l-obeżità żdiedet, jidher li xorta waħda qed ngħixu aħjar.

Aqra aktar

Lejn inqas obeżità, ġlieda kontra l-HIV u aktar koperazzjoni

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne mexxa diskussjonijiet dwar tliet aspetti mill-qasam tas-saħħa li l-Presidenza Maltija għażlet bħala prioritajiet; l-obeżità fit-tfal, l-HIV u koperazzjoni strutturata. Dan waqt summit informali bejn Ministri Ewropej responsabbli mis-saħħa.

Fearne indirizza lill-mezzi tax-xandir flimkien mal-Kummissarju Ewropew resposabbli mill-ikel u s-sigurtà, Vytenis Andriukaitis, u d-direttur reġjonali tal-Organizazzjoni Dinjija tas-Saħħa, Zsusanna Jakab.

Qal li l-obeżità fit-tfal u l-HIV huma theddida għas-saħħa Ewropea u hemm bżonn għajnuna volontajra bejn stati membri, partikolarment biex ikun hemm aktar aċċess għal mediċini ġodda għal mard rari. Il-Ministru Malti qal li hemm bżonn storja ta’ suċċess meta l-Ewropej jitkellmu dwar pjan ta’ azzjoni fuq l-obeżità. Dan il-pjan għandu jinkludi l-introduzzjoni ta’ dieta Mediterranja f’iktar pajjiżi.

Aqra aktar

Egypt Air b’titjira mhux tas-soltu

Eman Ahmed, li huwa mifhum li hija l-itqal mara fid-dinja, għandha tbissima liema bħala fuq wiċċha wara li għamlet operazzjoni biex tnaqqas il-piż. It-tabib tagħha Dr Muffazal Lakdawala, fl-Indja stqarr mas-CNN li hija reġgħet qed titbissem u saħansitra bdiet tiżfen bil-ferħ fis-sodda tal-isptar.

Aqra aktar

Taħt tmexxija Maltija joħorġu linji gwida għal skejjel Ewropej, biex forsi jonqsu t-tfal obeżi

L-obeżità fost it-tfal hija waħda mit-temi diskussi waqt il-Presidenza Maltija. Dalgħodu l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne nieda linji gwida għal skejjel madwar l-Ewropa biex meta joħorġu tenders l-iskejjel, joħorġu b’rabta ma’  ikel tajjeb .

Il-linji gwida japplikaw ukoll għal dawk fl-industrija, biex jipprovdu ikel tajjeb għas-saħħa. Dawn il-linji gwida tqasmu lid-delegati Ewropej li jinsabu hawn Malta għal konferenza ta’ jumejn bħala parti mill-Presidenza Maltija.
Il-Ministru Fearne qal li 40% tat-tfal Maltin fl-iskejjel għandhom jew problema ta’ piż żejjed jew problema ta’ obeżità.
Malta tinsab fir-raba post , bil-Greċja fuq quddiem nett, fejn jidħlu l-iktar tfal obeżi mill-istati membri tal-Unjoni Ewropea

 

L-Ewropa tonfoq €70 BILJUN fis-sena għall-obeżità

Fl-Ewropa huwa stmat li l-obeżita` tiswa mas-€70 biljun fis-sena f’servizzi tas-saħħa u produttivita` mitlufa. Il-piż sħiħ ta’ din il-problema aktarx li huwa ogħla, għax l-obeżita` tikkawża mard ieħor bħad-dijabete, mard tal-qalb u kanċer. Waqt li indirizza seminar fil-Parlament Ewropew fuq “Il-ġlieda kontra l-piż tal-obeżita`” l-Ewroparlamentari Alfred Sant qal li biex nindirizzaw din l-isfida minn Brussell irridu nistaqsu: kif se nassistu l-awtoritajiet reġjonali u nazzjonali biex jegħlbu din il-marda permezz ta’ strateġija fuq livell Ewropew? Hemm bżonn ta’ azzjoni ħolistika u b’saħħitha li tinkludi għanijiet fit-tul.

Ikun tajjeb li kieku jkun hemm il-prevenzjoni bi strateġija li tolqot direttament il-kawżi ta’ din il-problema u l-impatt tagħhom. L-Unjoni Ewropea tista’ taħdem fuq kampanja ta’ informazzjoni dwar kif tista’ tingħeleb din il-marda, tappoġġja ikel li hu sustanzjuż, tagħti inċentivi favur l-attivita’ fiżika u toffri servizz ta’ għajnuna lil pazjenti individwali.

Aqra aktar

L-obeżita’ fit-tfal hi waħda mill-prijoritajiet ta’ Malta fil-Presidenza

Il-Gvern qiegħed jieħu l-problema tal-obeżità bis-serjetà. Tant hu hekk illi qiegħed isib tifħir minn għaqdiet u aġenziji Ewropej talli l-Gvern Malti poġġa l-obeżità fit-tfal bħala waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tas-Saħħa Ewropew.

Dan intqal fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru għas-Saħħa.

Intqal ukoll li l-Gvern ħadem ħafna biex jindirizza din il-problema, speċjalment l-obeżità fit-tfal. Fost l-inizjattivi biex tkun indirizzata dil-problema kienet imfassla l-Whole School Approach to a Healthy Lifestyle, li fost l-oħrajn waslet biex issir ħidma fil-canteens tal-iskejjel, biex joffru ikel nutrittiv lill-istudenti. Kienu mwaqqfa wkoll il-lifestyle clinics, kliniċi fil-kura primarja li jagħtu pariri għall-ħajja aktar b’saħħitha.

Aqra aktar

Send this to a friend