Oasi – One News

Notifiki

Biex tfittex l-għajnuna u tiġġieled il-vizzju tad-droga

Nisa li huma mirkuba minn sustanzi bħalma hija d-droga huma aktar suxxettibbli għall-abbuż milli huma l-irġiel fl-istess qagħda tagħhom.

Dan ħareġ waqt konferenza nazzjonali li ttellgħet mill-Fondazzjoni Oasi u l-Kunsill Lokali tan-Naxxar bit-tema ‘In-Nisa u l-Addiction! – Id-dinja tal-addiction hija wahda sessista?’ Aqra aktar

Il-ħames edizzjoni tal-OASI Cup Run

Għall-ħames sena konsekuttiva, il-Fondazzjoni OASI se torganizza l-avveniment annwali sportiv bl-isem ta’ OASI Cup Run. Dan l-avveniment ser isir nhar il-Ħadd, 7 ta’ Ottubru 2018, u ser issir mad-dawra tat-toroq tar-Rabat, Għawdex.

Aqra aktar

L-MTA tferraħ ħames entitajiet lokali tal-karità

L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għal darb’oħra ġabret somma sabiħa sabiex tkun tista’ tipprovdi donazzjonijiet lil ħames organizazzjonijiet tal-karità lokali li kienu: Dar il-Kaptan, il-Fondazzjoni OASI, Pink October, Carer for Stray and Abandoned Felines (CSAF) u s-sala Fairyland fl-Isptar Mater Dei.

Il-fondi għal dan il-ġest inġabru mill-ħaddiema tal-MTA waqt attivitajiet varji li saru tul is-sena, bħal ‘dress down days’ u l-bejgħ ta’ insalati tal-frott, minbarra affarijiet oħra tal-ikel. Saret ukoll attività b’rabta ma’ Pink October, li magħtulha nġabru aktar donazzjonijiet. Dan minbarra lotteriji li permezz tagħhom komplew jiżdiedu l-fondi.

Aqra aktar

Jista’ jkun li qed jieħdu d-droga…

Jista’ jkun u mhux bilfors biex wieħed ma jallarmax ruħu imma huwa tajjeb li lilkom il-pubbliku titwasslilkom idea ċara tad-droga li hija l-iżjed popolari bħalissa fil-konsum tagħha. L-iskop hu wieħed ta’ ġid ħalli jekk taf b’xi ħadd li għaddej minn dan is-saram tgħinnu u mhux tħallieh jitkisser.

 

Dawn huma ftit punti li huma relatata mad-droga magħrufa bħala ‘crack’ bl-Ingliż jew kif inhi magħrufa f’pajjiżna; ‘il-Pipa’. Mhix il-pipa li jpejpu l-anzjani, xejn affattu. Huwa flixkun tal-plastik, x’aktarx tal-ilma jew anke ta’ xi minerali li jkun nofsu mimli bl-ilma. Tgħaraf li persuna qed tabbuża mid-droga permezz tal-pipa għax ikollu toqba lejn l-għonq u straw li tista’ titneħħa jekk ma tkunx qed tiġi użata fil-mument. Tinduna li dan qed jintuża għad-droga għax ikun imsewwed lejn in-naħa ta’ fuq u r-riħa li joħloq ma tantx tkun pjaċevoli. Fuq abbli tara ‘foil’ u rmied tas-sigaretti. Biex dak li jkun ma jħallix suspett, kapaċi jneħħi l-foil u l-irmied u jħalli l-flixkun bla tapp. Abbli tara wkoll lakstuwa li tintuża biex tissokka l-foil mal-għonq tal-flixkun.

 

Sorsi lil One News qalu wkoll li ħafna mill-persuni li jkunu qed jagħmlu użu minn dan il-flixkun, kapaċi jaħbuh wara t-toilet, fil-gwardarobbi, fil-garaxxijiet, fil-kmamar tal-bjut u anke f’xi cupboards. Il-bniedem jista’ juri suspett għax filli jkun persuna li tħobb toħroġ u filli tinġabar dejjem ġewwa bl-iskuża li qed tara xi film jew serje’ u tipprova ma tiġbidx attenzjoni fuqha. Popolari wkoll li nies li jużaw jitolbu spiss €50 għaliex il-pipa tiswa daqshekk.

 

Il-persuna kapaċi wkoll ikollha livell ta’ paranoia u tagħmel mossi b’għajnejha u turi li hi maħkuma minn biża’.

 

Ovvjament din l-informazzjoni kollha biex wiehed jaghmel kuragg, iqum u jibda t-triq tal-ħelsien minn dan id-dwejjaq. Tkellimna mal-Kap Ezekuttiv tal-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) Alfred Grixti fejn wera tħassib li d-drogi sintetiċi fosthom il-pipa żdiedet. Ħeġġeġ li n-nies li għaddejjin minn dan l-inkwiet m’għandhomx jiddejqu jagħmlu kuntatt mad-detox jew iċ-ċentru tas-Sedqa f’Santa Venera fejn mingħajr ma jaraw il-professjoni jew l-uċuħ tal-persuni li jitolbu l-għajnuna, dawn jiġu assistiti fuq livell professjonali u kunfidenzjali. Ħafna jibżgħu jagħmlu l-pass minħabba l-biza’ li tidħol il-pulizija. Huwa fatt li l-pulizija primarjament tgħin mhux takkuża. Pero’ f’każi simili, dak li jingħad jibqa’ kollox fuq livell ta’ privatezza. L-iskop hu li tqum u tagħmel il-pass. Caritas, l-Oasi, Sedqa, Appoġġ, ħbieb li tista’ tafda, familjari jew counsellours jistgħu jgħinuk. Jeżisti wkoll l-NA (Narcotics Anonymous) li huma laqgħat professjonali fejn l-addict imur u jiftaħ qalbu u dak li jingħad jibqa’ bejn l-erba’ ħitan tal-post. Dawn isiru kuljum fil-Millenium Chapel u huma miftuħa ghal kulħadd basta dak li jingħad hemm ġew jibqa’ hemm ġew. Tista’ ssib aktar dettalji dwar dawn il-laqgħat fuq: http://millenniumchapel.org/ Wieħed jista’ wkoll iċempel fuq in-numru 179.

Ħmistax-il sodda għal min irid iqum fuq saqajh

Fis-sajf ta’ 25 sena ilu tnediet il-fondazzjoni Oasi. Dak iż-żmien, id-dipendenza fuq id-droga kienet bdiet tgħolli rasha fis-soċjetà Maltija, u għalhekk kien hemm il-ħsieb li l-problema tkun milqugħa f’Għawdex. Dun Manwel Cordina, fundatur tal-Oasi, spejgalna li kienu bdew ifeġġu l-ewwel każijiet ta’ overdose u maħsuda kif kienet, is-soċjetà Għawdxija irreaġixxiet.

Biż-żmien, il-problema tad-droga żviluppat fuq livell nazzjonali. Illum-il ġurnata l-fondazzjoni Oasi toffri programm ta’ prevenzjoni, intervent immedjat, kura u riablitazzjoni mid-droga, iżda wkoll mill-alkoħol. Il-programm residenzjali huwa bbażat fuq 12-il pass żviluppat l-Amerka.

Disa’ minn kull għaxar persuni li jmorru l-fondazzjoni Oasi f’Għawdex, jiġu minn Malta.

Aqra aktar

Send this to a friend