NSO – Page 6 – One News

Notifiki

Żieda ta’ 36 karozza kuljum għas-sena 2017

Informazzjoni minn Transport Malta turi li sal-aħħar ta’ Diċembru tas-sena li għaddiet, vetturi bil-liċenzja kienu jammontaw 372,061.

Minn dawn 78.4 fil-mija mill-ammont kollu kienu karozzi tal-passiġġieri, 13.6 kienu vetturi kummerċjali, 6.9 fil-mija kienu muturi, quadricycles jew quadbikes.

Il-minibuses u vannijiet jammontaw għal ftit inqas minn 1 fil-mija tat-total.

Jidher li tul l-2017, il-medja ta’ karozzi zdiedet għall-ammont ta’ 36 vettura kull ġurnata.

F’din l-istatistika jidher li 6.687 vettura tneħħew mit-toroq fuq diversi restrizzjonijiet. Minnhom, 40.4 fil-mija reġgħu nbiegħu, 29.7 fil-mija kienu ggaraxxjati waqt li 27.7 fil-mija kienu sskrepjati. Dawn fil-maġġoranza taghhom kien karozzi tal-passiġġieri.

Tnaqqis ta’ 25.6 fil-mija fir-rata tal-qgħad għal Dicembru 2017

Id-dejta pprovduta minn Jobsplus għal Diċembru 2017 tindika tnaqqis ta’ 702 persuna li jirreġistraw taħt Parti I u tnaqqis ta’ 43 fost dawk li jirreġistraw taħt Parti II tar-reġistru tal-qgħad,
meta mqabbla ma’ Diċembru 2016. Infatti, in-numru ta’ persuni fuq ir-reġistru tal-qgħad kien 2,167. Dan huwa l-inqas ammont ta’ nies jirreġistraw mindu bdew jinġabru dawn il-figuri fis-snin sittin.

In-nies irreġistrati qieghda niżlu fost il-gruppi kollha ta’ etajiet differenti.

In-numru ta’ persuni b’diżabilità li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol naqas ukoll bi 72 meta mqabbel mas-sena ta’ qabel, fejn l-ammont laħaq 282. L-Irġiel ammontaw għal 78.4 fil-mija tar-reġistranti totali b’diżabilità. Dan minn 564 qabel il-bidla fil-Gvern fl-2013.

Aqra aktar

Ir-relevanza tal-istatistiċi spjegata f’konferenza tal-NSO

F’lukanda ewlenija f’San Ġiljan ittellgħet konferenza mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika bil-għan li jasal aktar il-messaġġ ta’ x’inhu l-irwol ta’ dan l-uffiċċju.

Kien enfasizzat li f’dinja li kulma jmur qed tinbidel, tibqa’ – jekk mhux tiżdied – ir-relevanza tal-istatistiċi, biex tingħata stampa ċara tas-soċjetà u s-setturi fi ħdanha; ħalla abbażi tagħha jittieħdu d-deċiżjonijiet.

Aqra aktar

ŻIEDA KBIRA OĦRA FL-IMPJIEGI

Il-persuni b’impjieg full-time f’Malta żdiedu b’5.3% f’Diċembru 2016, filwaqt li dawk li huma impjegati fuq bażi part-time żdiedu ukoll b’5% meta mqabbel mal-istess xahar is-sena l-oħra.

L-istatistika tal-Jobsplus turi li l-impjiegi full-time fi żmien sena żdiedu b’4.2%, jiġifieri b’187,092 impjieg. Dan għaliex filwaqt li aktar nies ġew impjegati, l-qgħad kompla jonqos.

Aqra aktar

Ikomplu jonqsu dawk fil-bżonn tal-għajnuna soċjali

Statistika maħruġa mill-Ufficju Nazzjonali tal-Istatistika tindika li matul l-2017, reġa’ kien hemm tnaqqis fid-dipendenza soċjali.

Filfatt mentri fl-2012 kien hemm 11,795 persuna li kienu jieħdu l-assistenza soċjali, f’Marzu 2017 snin wara l-ammont ta’ nies dipendenti mill-għajnuna soċjali naqas għal 5,420.

Dan it-tnaqqis fenomenali ta’ aktar min-nofs seħħ minħabba li pajjiżna qed ikollu tkabbir ekonomiku rekord, filwaqt li l-qgħad naqas għall-anqas livell mindu bdiet tingabar l-istatistika.

L-andament eċċellenti fis-suq tax-xogħol joħrog ukoll mill-fatt li dawk li jieħdu l-assistenza speċjali għal nies qiegħda waqgħu għal 1,576. Fl-2012 kien hemm 5,777 li kienu jikkwalifikaw għal dan il-benefiċċju. Li jfisser li dawk dipendenti fuq dan il-benefiċċji naqsu bi kważi tlett kwarti.

Aqra aktar

2016: Tkompli tonqos id-dipendenza fuq l-assistenza soċjali

Statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika turi li matul l-2016 reġa’ kien hemm tnaqqis fid-dipendenza soċjali.

Filwaqt li fi tmiem l-ewwel sena ta’ din l-amministrazzjoni kien hemm 9,241 persuna li kienu jieħdu l-assistenza soċjali, tliet snin wara l-ammont ta’ nies dipendenti mill-assistenza soċjali naqas għal kważi 6,300.

Dan it-tnaqqis ta’ terz seħħ minħabba li pajjiżna qed ikollu tkabbir ekonomiku rekord, filwaqt li l-qgħad naqas għall-inqas livell minn mindu bdiet tinġabar l-istatistika

Aqra aktar

Send this to a friend