NSO – Page 4 – One News

Notifiki

ARA: It-tfal li jfallu l-iskola naqsu b’25%

Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li l-assenteiżmu fis-sena skolastika 2016-2017 kien ftit aktar minn 25% inqas mis-sena skolastika 2012 u l-2013. L-NSO qal li l-assentejiżmu fl-iskejjel naqas minn 710,000 jum ta’ skola fis-sena akkademika 2012-2013, għal kważi 532,000 fis-sena skolastika li għaddiet.

Ras għal ras, il-jiem li tfal fallew l-iskola naqsu minn 15-il jum fl-2012-2013 għal 11-il jum fl-2016-2017, jiġiferi tnaqqis ta’ erbat ijiem ta’ skola.Aqra aktar

Żieda ta’ aktar minn 10% fil-wasliet tat-turisti f’Ottubru

Aktar minn 270,000 żaru pajjiżna f’Ottubru. Din tfisser żieda ta’ 10.1% meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena li għaddiet.

Dan irriżulta minn statistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, li wriet kif b’kollox saru 236,271 vjaġġ turistiku lejn pajjiżna għal skopijiet ta’ vaganzam filwaqt li kważi  19,000 oħra saru għal skopijiet ta’ negozju.Aqra aktar

Żieda ta’ 5.5% f’persuni li qagħdu f’postijiet ta’ akkomodazzjoni kollettiva bejn Lulju u Settembru

It-turisti li qagħdu fil-postijiet tal-akkomodazzjoni turistika bejn Lulju u Settembru li għadda żdiedu b’5.5% meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena li għaddiet.

L-uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qal li aktar minn ħames mija u disa’ u tmenin elf turist qagħdu fil-lukandi tul dan il-perjodu u bejniethom qattgħu aktar minn 3.3 miljun lejl, jiġifieri żieda ta’ aktar minn 3%. Aqra aktar

Sifirna aktar dan is-sajf!

Statistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika wriet li matul dan is-sajf, il-Maltin siefru aktar. Dan meta mqabbel mal-perjodu ta’ bejn Lulju u Settembru tas-sena l-oħra.

Kienu kważi 200,000 dawk li ħallew il-gżejjer Maltin matul it-tielet kwart tas-sena. Żieda ta’ 16.2% meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2017.Aqra aktar

2,123 persuna inqas bil-benefiċċju tal-qgħad

 

Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li bejn Jannar u Settembru, il-persuni li jirċievu l-benefiċċju soċjali minħabba li ma jaħdmux naqsu b’aktar minn 2,000 mal-istess perjodu tal-2016. Iċ-ċifri juru li n-nefqa tal-Gvern fuq il-benefiċċju tal-qgħad naqset b’aktar minn €4.5 miljun.Aqra aktar

Jonqsu b’4% l-istudenti li jitilqu kmieni mill-iskola

Stħarriġ mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juri li tul l-2017, l-ammont ta’ studenti Maltin li għażlu li jitilqu kmieni mill-iskola kien ta’ 17.7%, 4 punti perċentwali inqas mir-rata tal-2012.

Minkejja dan it-tnaqqis, Malta se tibqa’ timbotta sabiex tilħaq l-għan tagħha, li sal-2020 ikunu 10% biss l-istudenti li jieqfu jistudjaw kmieni. Aqra aktar

Send this to a friend