nolan farrugia – One News

Notifiki

“L-imħabba ta’ ħajti ntilef għal kollox”- il-maħbuba ta’ Nolan Farrugia

Dan hu Nolan Farrugia. Iż-żagħżugħ ta’ 21 sena mis-Siġġiewi li sfortunatament ltaqa’ bla ħsieb mal-mewt f’inċident tat-traffiku li seħħ għall-ħabta tal-10:15 fi Triq Ħal Qormi, f’Ħal Luqa, tefgħa ta’ ġebla ‘l bogħod mill-uffiċċji tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.

Xhieda fuq il-post qalu lil ONE News li Farrugia lanqas kien ilu xahar li kiseb il-liċenzja tal-mutur li swielu ħajtu. Qalu li ż-żagħżugħ ħabat mal-ġenb ta’ trakk hu u tiegħla minn Ħal Qormi lejn Ħal Luqa.Aqra aktar

Jagħlqu r-ristorant b’rispett ta’ Nolan Farrugia

L-istabbiliment tal-ikel fejn kien jaħdem Nolan Farrugia, il-ġuvni ta’ 21 sena li tilef ħajtu traġikament f’inċident bil-mutur il-Ħamis filgħodu, għalaq għal jum b’rispett lejn il-vittma u l-qraba tiegħu.

F’messaġġ fuq il-paġna soċjali tagħhom, ir-risortant qal li ħsibijietu huma mal-qraba tal-vittma f’dan iż-żmien diffiċli.

Flimkien mat-tmexxija tar-risortant, xi ħbieb ta’ Farrugia wkoll esprimew dieqa għal din it-traġedja.

Il-vittma huwa Nolan Farrugia ta’ 21 sena- kien ilu jsuq il-mutur xahar biss

Nolan Farrugia ta’ 21 sena mis-Siġġiewi huwa l-vittma li tilef ħajtu f’inċident bil-mutur il-Ħamis filgħodu f’Ħal Luqa. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:15 am fi Triq Ħal Qormi, meta Farrugia, li kien qed isuq il-mutur tat-tip Kymco Agility, ħabat ma’ trakk taż-żibel li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 56 sena li jgħix Ħal Għaxaq.

L-inċident seħħ ftit ‘il bogħod mill-kwartieri tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.

Aqra aktar

Send this to a friend