nirien – Page 3 – One News

Notifiki

Ristorant f’San Ġiljan jinħakem minn nirien

Ristorant li jinsab fil-bajja ta’ San Ġorġ inħakem minn nirien wara li żviluppaw xi ħsarat fis-sistema tal-gass. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-6:10 tal-Ġimgħa filogħdu. Immedjatament fuq il-post intalbet l-assistenza ta’ membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li tfew in-nirien li nħalqu nferxu lejn partijiet oħra tar-ristorant. Aqra aktar

Eluf evakwati wara li villaġġ sħiħ inħakem min-nirien fl-Awstralja

Il-Forzi Navali fl-Awstralja evakwaw mal-1,000 turist u resident li kienu maqbuda f’villaġġ fin-nar ftit ‘il barra minn Victoria. Rappreżentanti tal-Gvern qalu li din kienet operazzjoni bla preċedent tar-rilokazzjoni tal-massa, wara li eluf ta’ persuni ħarbu lejn il-bajja hekk kif l-imsejħa bushfires ħakmu villaġġ sħiħ fl-inħawi.

Dawk salvati f’din l-operazzjoni mistennija jittieħdu f’Western Port, vjaġġ li mistenni jieħu madwar 16-il siegħa. Aqra aktar

Iddikjarat stat ta’ emerġenza f’New South Wales

Fl-istat Awstraljan ta’ New South Wales ġie ddikjarat stat ta’ emerġenza għal ġimgħa sħiħa minħabba n-nirien fil-foresti. Nirien li dwarhom ħarġet twissija li mistennija jiżdiedu fis-sigħat li ġejjin.
It-tbassir għat-tmiem il-ġimgħa li ġej huwa temperaturi għoljin u irjiħat qawwija li mistennija jifirxu n-nar f’livelli perikolużi ħafna. Aqra aktar

Send this to a friend