nirien – Page 2 – One News

Notifiki

In-nirien f’Chernobyl ikkontrollati

In-nirien li fl-aħħar sigħat ħadu biswit iż-żona abbadunata ta’ Chernobyl issa jinsabu taħt kontroll. Dan ikkonfermawh l-awtoritajiet Ukreni wara li wrew tħassib li dawn in-nirien se jeqirdu s-sit storiku. Dawn jidher li waslu sa kilometru ‘l bogħod mis-sit qabel ma ġew ikkontrollati. Aqra aktar

Azzjoni ta’ pulizija twaqqaf milli sewwieq jinħaraq ħaj

Il-kuntistabbli Wayne Bonello kien fi triqtu għax-xogħol meta iltaqa’ ma’ inċident tat-traffiku li jista’ jiswa l-ħajja ta’ sewwieq.  Kienet l-azzjoni f’waqitha ta’ dan il-kuntisabbli li waqqfet milli sewwieq ma jinħaraqx ħaj hekk kif il-karozza tas-sewwieq daħlet f’siġra u bdiet tieħu n-nar.Aqra aktar

Tittieħed l-isptar wara li nsiet il-borma fuq in-nar

Mara ttieħdet l-isptar wara li qabdu xi nirien fil-kċina tal-appartament tagħha. Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ dan is-sit li x’aktar in-nirien ġew ikkawżati minħabba li l-mara nsiet il-borma fuq in-nar. Dan l-inċident seħħ għall-ħabta tat-7:45 ta’ filgħodu f’appartament li jinsab fi Triq Geromino Abos, l-Iklin. Aqra aktar

Ristorant f’San Ġiljan jinħakem minn nirien

Ristorant li jinsab fil-bajja ta’ San Ġorġ inħakem minn nirien wara li żviluppaw xi ħsarat fis-sistema tal-gass. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-6:10 tal-Ġimgħa filogħdu. Immedjatament fuq il-post intalbet l-assistenza ta’ membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li tfew in-nirien li nħalqu nferxu lejn partijiet oħra tar-ristorant. Aqra aktar

Send this to a friend