nirien – Page 19 – One News

Notifiki

AĠĠORNAT: Anzjana kienet fid-dar li ħadet in-nar fil-Belt Valletta

15:13: Il-Pulizija kkonfermat li anzjana kienet fir-residenza tagħha, meta għal xi raġuni mhux magħrufa, ir-residenza tagħha ħadet in-nar.

Fortunatament l-anzjana ma ġarrbet l-ebda ġrieħi.

Aktar Qabel: Ħaddiema mid-dipartiment tal-protezzjoni ċivili issejħu fi Triq San Nikola, il-Belt Valletta, fejn nirien ħakmu residenza.

Jidher li n-nar kien ikontrollat, però aktar dettalji nwassluhom fil-ħin li ġej.

Nirien f’imħażen ta’ supermarket f’Ħal Qormi

Nirien li ħakmu mħażen ta’ supermarket fi Triq Manuel Dimech f’Ħal Qormi dehru drammatiċi imma iżda ma rriżultaw f’ebda persuna midruba.

 

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-22:15 u kien ikkontrollat mill-membri mid-Dipartiment tal-Protezzoni Ċivili.

Aqra aktar

KAROZZA OĦRA tieħu n-nar

Għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ waranofsinhar, karozza tat-tip Toyota Vitz għal xi raġuni ħadet in-nar fl-Isla. Il-karozza ħadet in-nar meta kienet ipparkjata fi Triq iż-żewġ mini. Fuq il-post marru l-pulizija tad-distrett li bl-għajnuna ta’ membri mid-dipartiment tal-protezzjoni ċivili tfew in-nirien. Ħadd ma weġġa f’dan il-każ. Il-pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.

Intant f’inċident kompletament separat, ħadd ma weġġa meta karozza nqalbet fuq ġenb f’Ħaż-Żabbar.

Aqra aktar

AĠĠORNAT: MARA MEJTA KAWŻA TA’ NIRIEN FID-DAR TAGĦHA

Mara ta’ 50 sena, li kienet tgħix waħidha, tilfet ħajjitha wara li nirien ħakmu r-residenza tagħha fl-Isla.

Il-Pulizija mill-Għassa ta’ Bormla marru minnufih fuq il-post fejn sabu li kien hemm xi nirien ġewwa residenza fl-imsemmija triq.  Għaldaqstant, fuq il-post issejħu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għall-assistenza.

Aqra aktar

Ara l-qerda tan-nirien fil-Mosta

Vettura nqerdet minn nirien wara li ħadet in-nar f’showroom tal-karozzi fil-Mosta. Il-każ seħħ għall-ħabta 05:40 kmieni dalgħodu fi Triq il-Kostituzzjoni.

Fuq il-post issejħet l-għajnuna tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, li fi ftit ħin ikkontrollaw in-nirien.

It-triq ingħalqet għal ftit ħin imma infetħet għall-ħabta tas-06:15.

Il-vettura li ħadet in-nar inqerdet għalkollox, numru ta’ vetturi li kienu fl-istess showroom ġarrbu xi ħsarat ukoll. Mhux magħruf x’seta kkawża n-nirien.

Aqra aktar

Dar taqbad fil-Mosta

Membri mid-dipartiment tal-protezzjoni ċivili issejħu biex jikkontrolaw nirien irrapportati f’dar fi Triq EB Vella fil-Mosta.

One News jinsab infurmat li fid-dar kien hemm żewġ persuni u żewġt klieb. Jirriżulta li qabditilhom purtiera, iżda n-nirien laħqu intfew mal-wasla tal-Pulijza.

Is-sitwazzjoni tinsab taħt kontroll.

 

“Għala m’għandek QATT tħalli lit-tfal fil-karozza”

Dalgħodu żewġ karozzi ħadu n-nar il-Mosta.

Bint is-sid ta’ waħda mill-karozzi spjegatilna li l-karozza ta’ ommha kienet ipparkjata, meta waqfet ħdejha karozza oħra li ħadet in-nar hi u tinstaq. In-nirien inxterdu, b’konsgwenza li ż-żewġ karozzi spiċċaw ħadu n-nar.

B’dieqa qalet li ommha għadha kemm ġabet il-karozza, lanqas ilha ħames xhur għandha. Jidher ukoll li l-karozza l-oħra kellha madwar ħames snin biss.

Aqra aktar

Send this to a friend