nirien – Page 16 – One News

Notifiki

FILMAT: NIRIEN FIL-BELT VALLETTA

F’Barriera Wharf il-Belt Valletta, bieb ta’ residenza u ‘city car’ ħadu n-nar fis-siegħa ta’ wara nofsinhar.

L-inċident irriżulta f’daħna kbira. Kemm il-Pulizija kif ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili marru fuq il-post.

Aqra aktar

Showroom tal-bibien maħkuma minn nar f’Ħal Luqa

Tul dan il-lejl nirien ħakmu showrrom tal-bibien fi Triq Valletta, Ħal-Luqa.

Kienet sejħa kmieni ħafna dik li rċivew il-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, hekk kif in-nirien kienu rrapportati għall-ħabta tat-03:30.

B’xorti tajba u grazzi għall-ħidma fil-pront tal-membri tal-membri tat-tifi tan-nar, ħadd ma ndarab u n-nirien kienu ikkontrollati fil-ħin.

Koppja anzjana f’Raħal Ġdid llum tgħoddha b’waħda

Anzjan ta’ 77 sena u martu ta’ 74 sena jistgħu jgħodduha b’waħda hekk kif nirien ħakmu l-kċina ta’ darhom fi Triq iċ-Ċimiterju f’Raħal Ġdid.

L-inċident seħħ fis-14:15 u l-anzjani ma weġġgħux, iżda peress li belgħu xi duħħan, ittieħdu għall-kura l-isptar Mater Dei. Grazzi għal ħidma konġunta bejn il-Pulizija u l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, in-nirien kienu kkontrollati f’ħin qasir.

 

BIL-FILMATI: vann jaqbad ħdejn l-Addolorata

Vann ħa n-nar quddiem iċ-ċimiterju tal-Addolorata. Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u l-Pulizija ssejħu ftit tal-ħin ilu, bis-sejħa daħlet għall-ħabta tal-10:20am.

L-ewwel indikazzjonijiet huma li ħadd ma ndarab, però din hija informazzjoni li għad trid tkun ikkonfermata.

In-nirien ikkaġunaw daħna kbira, viżibli minn diversi postijiet, saħansitra l-Belt Valletta, kif jidher fir-ritratt.

Aqra aktar

Garaxx jieħu n-nar f’Birżebbuġa

Il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili flimkien mal-Pulizija qed jassistu f’operazzjoni tat-tifi tan-nar f’Birżebbuġa, fiż-żona magħrufa bħala tal-Papa, hekk kif garaxx inħakem minn nirien.

Aqra aktar

AĠĠORNAT: Saqqu jinħakem minn nirien f’Tas-Sliema

Saqqu f’residenza f’Tas-Sliema inħakem minn nirien illum wara nofsinhar

L-inċident, li beda fil-kamra tas-sodda, seħħ għall-ħabta tal-15:44 fi triq Borg Olivier f’Tas-Sliema.

Fuq il-post marru numru ta’ Pulizija fejn ikkontrollaw in-nirien kif setgħu sakemm waslu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tfew in-nirien.

Fortunatament ħadd ma weġġa’ waqt dan l-inċident.

Mijiet ta’ djar evakwati wara nirien kbar fi New Zealand

Mijiet ta’ djar fil-belt ta’ Christchurch fi New Zealand ġew evakwati wara li nirien kbar ħakmu l-periferiji tal-belt u qed jinfirxu b’ritmu mgħaġġel.

Fil-belt ġie ddikjarat stat t’emerġenza, u numru ta’ distretti fil-viċin qed jagħtu l-għajnuna tagħhom billi bgħatu numru ta’ pumpiera li qed jgħinu jikkontrollaw in-nirien.

Aqra aktar

Send this to a friend