nirien – Page 10 – One News

Sitt persuni l-isptar wara nirien f’Tal-Pietà

Ftit wara l-kwarta ta’ wara nofsinhar ġie rrapurtat nirien f’uffiċċju fi Triq Alfred Craig f’Tal-Pietà.

Minnufih fuq il-post marru numru ta’ vetturi tat-tifi tan-nar li kkontrollaw in-nirien u assistew lill-vittmi l-barra minn gol-bini.

Minħabba d-dħaħen li belgħu sitt persuni ttieħdu l-isptar Mater Dei għall-kura neċessarja minn numru ta’ timijiet mediċi li ssejħu fuq il-post.

Bil-Filmati: Nirien jaħkmu ċentru ta’ rijabilitazzjoni tad-droga

Nirien ħakmu ċentru ta’ rijabilitazzjoni tad-droga f’baku, il-kapitali tal-Ażerbajġan, fejn mietu minn tal-inqas sitta u għoxrin persuna.

Filmati li xxandru fuq it-televiżjoni tal-pajjiż juru nirien ħerġin mit-twieqi mbarrati ta’ binjiet għoljin sular wieħed biss.

L-aġenzija tal-aħbarijiet tal-Ażerbajġan qalet li erba persuni ttieħdu l-isptar. Il-kawża tan-nirien għadha mhix magħrufa.

Gordon Spiteri huwa l-vittma li tilef ħajtu fin-nirien f’Wied il-Għajn

Ir-raġel ta’ 35 sena li fis-sigħat bikrin tal-Ħadd filgħodu tilef ħajtu traġikament wara li nar qawwi li ħakem blokka appartamenti f’Marsaskala huwa Gordon Spiteri.

Huwa miet waqt li kien qed jipprova jsalva lis-sitt persuni l-oħra li nqabdu fin-nirien. Ikkonfermaw dan sorsi qrib l-investigazzjonijiet li għaddejin dwar dan il-każ.Aqra aktar

Nirien fit-Tempju sagru Tiberjan ta’ Jokhang

 

Il-Monasterju Jokhang f’Lhasa, l-iktar tempju importanti tal-Buddiżmu Tibetan, inħakem min-nirien.

Filmati li tpoġġew online urew fjammi ħeġin mis-saqaf u kif ukoll dehret pagoda li kważi inqerdet. Il-midja tal-istat Ċiniż qalet li n-nar beda tard is-Sibt u ntefa f’ħin qasir.Aqra aktar

Send this to a friend