nirien – One News

Notifiki

Tista’ tgħin lil Charmaine Agius

Kienu bosta li kkuntatjaw lil ONE News biex jagħtu l-għajnuna lil Charmaine Agius wara li ftit tal-jiem ilu xandarna l-istorja tagħha dwar il-fatt li d-dar tagħha nħarqet u spiċċat b’ta’ fuqha senduqha. Aqra aktar

Jott jieħu n-nar fil-bajja ta’ San Blas f’Għawdex

Ftit tal-mumenti ilu l-Pulizija daħlulha rapporti ta’ jott jaqbad fiż-żona tal-bajja ta’ San Blas f’Għawdex. Minn informazzjoni li kiseb one.com.mt jidher li ħadd ma’ weġġa’ f’dan l-inċident madankollu l-persuni abbord il-jott ġew salvati wara li kellhom jaqbżu l-baħar. Aqra aktar

BIL-FILMAT: Nirien li ħakmu trakkijiet tal-kumpanija Attrans

Għall-ħabta tas-2:00 ta’ waranofsinhar Triq l-Imdina fil-limiti ta’ Ħaż-Żebbuġ tgħattiet bi dħaħen suwed hekk kif qabdu nirien f’sit tal-kumpanija Attrans ltd fl-istess triq. Minħabba r-riħ qawwi in-nar malajr tħeġġeġ u numru ta’ inġenji bħal dgħajjes u fork lifters li jinsabu fis-sit  wkoll ħadu n-nar filwaqt li bdew jidhru l-ilsna tan-nar tilgħin mid-dħaħen minn ġos-sit. Aqra aktar

Anzjana f’qagħda gravi wara li r-residenza li kienet fiha fiż-Żurrieq inħakmet minn nirien

Anzjana ta’ 75 sena sofriet minn ġrieħi gravi wara li r-residenza li kienet fiha fiż-Żurrieq inħakmet minn nirien.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-sitta ta’ filgħaxija fi Triq Santa Katerina fiż-Żurrieq.

Minn informazzjoni li kiseb One News jidher li fir-residenza kien hemm żewġ anzjani, it-tnejn ta’ 75 sena. Kienet kamra tas-sodda tal-istess residenza li ħadet in-nar. Fuq il-post assistew membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u uffiċjali tal-Pulizija.

Iż-żewġ anzjani ttieħdu l-isptar Mater Dei għal aktar kura fejn rriżulta li waħda sofriet ħruq filwaqt li l-anzjana oħra belgħet id-dħaħen.

Aktar tard l-anzjana li sofriet ħruq ġiet ċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi filwaqt li l-anzjana li belgħet id-dħaħen ġiet ikkurata u ntbagħtet lura d-dar.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.

Send this to a friend