niġerjan – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Jinżamm arrestat in-Niġerjan mixli bil-qtil tal-Ħadd

Okolo Innocent Okwudili, Niġerjan ta’ 38 sena nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli bil-qtil ta’ Amoubi Joseph Ezechi, Niġerjan ieħor ta’ 37 sena.

Il-każ seħħ fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd, fejn Ezechi nqatel wara li qala’ daqqiet ta’ sikkina waqt argument fi stabbiliment tax-xorb fit-triq il-Ġifen il-Qawra.

Ġie rrappurtat li l-argument bejn l-akkużat u l-vittma qam minħabba nuqqas ta’ qbil fuq min se jixtri l-ikel u min se jsajjar.

Fil-Qorti l-Ispettur Kurt Zahra akkuża lil Okwudili li ta daqqiet ta’ sikkina lil Ezechi.

Bil-maskla ma’ ħalqu l-akkużat ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih u qal li huwa jgħix f’Buġibba.

Ir-raġel li xogħlu huwa li jwaħħal il-madum qal li ġie f’pajjiżna mill-Italja lejn l-aħħar ta’ Frar, bl-Ispettur Kurt Zahra ra wkoll mal-awtoritajiet tas-saħħa jekk l-akkużat kienx jeħtieġ li joqgħod kwarantina qabel interrogah.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Kurt Zahra u l-Ispettur Paula Ciantar.

Sena ħabs wara li siefer b’passaport falz

Yousef Karim min-Niġerja ntbagħat sena ħabs wara li nstab ħati li siefer b’passaport falz u li hu riċediv. Huwa nqabad f’Ruma u reġa’ ntbagħat Malta biex jiskonta s-sentenza tiegħu. Fil-Qorti ntqal ukoll li se jkun estradit lejn pajjiżu wara s-sentenza. Aqra aktar

Żewġt irġiel jindarbu waqt ġlieda f’Wied il-Għajn

Żewġ Niġerjani li jgħixu Marsaskala sofrew xi ġrieħi wara li kienu nvoluti f’argument f’appartament.
Għall-ħabta tat-tmienja u nofs tal-Ġimgħa filgħaxija l-Pulizija ssejħet fi Triq id-Dolmen, f’Marsaskala fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel ta’ 24 sena spiċċa f’argument ma’ Niġerjan ta’ 40 sena. Aqra aktar

Gidem id uffiċjal tant li ntuża l-pepper spray biex ikun imrażżan – Immultat €5,000 b’sentejn ħabs effettivi u deportazzjoni

Joseph Feilazoo ta’ 42 ġie kkundannat sentejn ħabs, immultat €5,000 u deportazzjoni malli jiskonta s-sentenza. Is-sentenza ingħatat mill-Maġistrat Joseph Mifsud li għalkemm fehem li l-imputat kien iffrustrat wara li kien għadu kemm skonta sentenza ta’ 10 snin u kellu jistenna perjodu ieħor qabel ikun rilaxxat, xorta waħda ma kellux jagġixxi b’dak il-mod anke meta għandu pendenzi oħra mal-qorti.

Aqra aktar

Jinżamm arrestat fuq droga

Niġerjan ta’ disgħa u erbgħin sena nżamm arrestat wara li ammetta li kien parti minn ċirku ta’ traffikar tad-droga kokajina.

Is-sentenza fil-konfront tiegħu se tingħata aktar ‘il quddiem wara li l-Maġistrat wissih dwar l-ammissjoni tiegħu.

Iżda b’rasu baxxuta fl-iżbarra, Thomas Uchenna Onyema kkonferma l-ammissjoni tiegħu.

Aqra aktar

Send this to a friend