nies – Page 3 – One News

Notifiki

Mintiex se ssib kenn f’Għawdex f’dawn il-jiem

Il-Karnival f’Malta jiftaħ is-separju għada biex pajjiżna jinbidel f’festa ta’ kuluri u xalar. Iżda bla ebda dubju, il-Karnival f’Għawdex ukoll jiġbed il-bosta, b’eluf ta’ Maltin jaqbdu l-vapur miċ-Ċirkewwa biex igawdu mill-briju Għawdxi li għamel ismu għal Karnival mill-aqwa.

Aqra aktar

FILMAT: Il-mument li trakk saq fuq is-suldati

Erba persuni nqatlu f’Ġerusalemm minn Palestinjan li saq trakk ġo grupp ta’ suldati, f’dak li qed jingħad mill-pulizija bħala attakk terroristiku. Filmat tas-CCTV wera t-trakk jinstaq barra mit-triq għal ġos-suldati b’veloċita għolja, u wara rriversja għal fuq iktar vittmi.

Aqra aktar

Ġlieda kbira fil-Ħamrun

Ġlieda l-Ħamrun qrib l-istadium Tedesco wassal biex ambulanza kellha tissejjaħ fuq il-post. Jidher li l-ġlieda kienet bejn żewġ persuni, b’waħda minnhom kellha tittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura.

Ninsabu informati li kienet ġlieda bejn żewġ familji Sirjani li kemm-il darba ġew fl-idejn. Din id-darba eskalat tant li żewġ membri minn dawn il-familji ġew fl-idejn.

Dan seħħ għall-ħabta tal-16:15 illum.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.

Aqra aktar

Żewġ sottomissjonijiet b’rabta ma’ soluzzjoni ta’ parkeġġ fil-Mosta

Dalgħodu, fil-preżenza tal-pubbliku Projects Malta Ltd fetħet is-sottomissjonijiet b’rabta mas-Sejħa għal Proposti għad-disinjar, bini u tħaddim ta’ parkeġġ taħt l-art fil-Mosta.

B’kollox Projects Malta Ltd irċeviet żewġ sottomissjonijiet: City Square Parking JV u Express Car Parks JV.

Il-proċess li jmiss hu li s-sottomissjonijiet jgħaddu minn proċess ta’ evalwazzjoni, liema proċess iwassal għat-tħabbir tal-Preferred Bidder.

Aqra aktar

Wara l-Budget; l-ogħla livell ta’ ottimiżmu fl-aħħar tmien snin

 

L-istħarriġ tal-Kummissjoni Ewropea fost azjendi u konsumaturi Maltin u Għawdxin juri li, wara l-Budget 2017, il-livell ta’ ottimiżmu laħaq l-ogħla livell li ġie osservat f’pajjiżna fl-aħħar tmien snin. Fil-fatt, dan ix-xahar, l-indiċi tas-sentiment ekonomiku laħaq il-livell ta’ 115, jew 22% aktar mill-istess xahar fl-aħħar sena tal-amministrazzjoni preċedenti. Dan kien l-ogħla livell ta’ ottimiżmu osservat fost il-pajjiżi kollha taż-żona ewro.

Fi stqarrija l-Gvern ta’ Malta qal li fl-istħarriġ ta’ Novembru, li sar fil-ġimgħat wara l-Budget, żdied l-ottimiżmu kważi fis-setturi kollha tal-ekonomija Maltija. Kompla jispikka l-ottimiżmu fost l-operaturi fis-settur tas-servizzi, li għandhom livell ta’ fiduċja tliet darbiet aktar mill-medja Ewropea. Ħafna operaturi Maltin fil-qasam tas-servizzi sostnew li għandhom aspettattivi aħjar għax-xhur li ġejjin. Għalhekk qed ibassru li se jkomplu jżidu l-ħaddiema.

Anke fil-qasam tar-retail, il-maġġoranza tal-operaturi qed jistennew li fit-tliet xhur li ġejjin sejrin iżidu l-impjegati. Fl-industrija, il-kumpaniji qed jistennew titjib fil-produzzjoni fix-xhur li ġejjin wara t-tisħiħ fl-ordnijiet li kellhom fl-aħħar ftit xhur. Fil-fatt dawn għandhom ordnijiet biżżejjed għas-seba’ xhur li ġejjin, id-doppju tal-medja fiż-żona ewro. L-operaturi fil-qasam tal-manifattura ukoll qed jantiċipaw żieda qawwija fl-investiment tagħhom, liema żieda ser tkun l-akbar waħda osservata fl-Unjoni Ewropea, kważi għaxar darbiet aktar mill-medja Ewropea.

Aqra aktar

Jonqsu dawk li qed jirċievu għajnuna soċjali

Bħalissa f’Malta hawn 9,670 persuna li qed tirċievi għajnuna soċjali meta sena ilu, n-numru ta’ benefiċjarji kien jammonta għal 11,260.

Il-Ministru Michael Farrugia qal fi tweġiba lid-deputat laburista Anthony Agius Decelis li dawk fuq assistenza soċjali is-sena li għaddiet kienu 5,481 u niżlu għal 5,258 din is-sena; dawk fuq assistenza bħala single parents kien 3,172 sena ilu u dis-sena niżlu għal 2,897.

Il-Ministru qal li dawk li huma fuq assistenza tal-qagħad, benefiċċju li jingħata lil min ikun ilu ma jaħdimx u jirreġistra, is-sena li għaddiet kienu 2,607 u din is-sena huma 1,515.

 

Tnaqqis fil-piż tat-taxxi – Malta waħda mill-ftit

Malta kienet fost grupp żgħir fl-Unjoni Ewropea, magħmul minn sitt pajjiżi oħra biss, fejn il-piż tat-taxxi naqas fl-2015. Fil-fatt, stqarrija tal-Eurostat turi kif f’Malta l-piż tat-taxxi naqas b’0.4% tal-ġid nazzjonali. B’kuntrast, fl-aħħar sena tal-amministrazzjoni preċedenti kien hemm żieda ta’ 0.2%. 

Fi stqarrija l-Gvern innota li l-istatistika tal-Eurostat tikkonferma li f’Malta l-piż tat-taxxi fuq id-dħul tal-familji huwa ta’ 6.8%, imqabbel mal-medja Ewropea ta’ 9.4%. Dan jirrifletti fost l-oħrajn it-tnaqqis fir-rati ta’ taxxa fuq id-dħul li wettaq il-Gvern preżenti b’mod kostanti matul din il-leġislatura.

Aqra aktar

Iktar dħul minn taxxi li ma żdiedux jew naqsu

Il-Gvern daħħal miljuni ta’ ewro iktar minn taxxi li ma żdiedux jew baqgħu l-istess. Fost oħrajn, mill-VAT il-Gvern daħħal €41.7 miljun iktar minn kemm daħħal is-sena li għaddiet anke jekk ir-rata baqgħet l-istess.

Biex mill-VAT, li tirrifletti wkoll is-saħħa tan-nies biex jixtru u jikkonsmaw il-gvern daħħal total ta’ €684 miljun. B’kollox, mit-taxxi indiretti, il-gvern daħħal €92.6 miljun iktar.

Aqra aktar

Ħadna inqas sick leave! L-NSO joħroġ b’fatti interessanti dwar pajjiżna…

L-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika għadu kemm ippublika dokument bl-isem Social Protection: Malta and the EU. 

Minnu joħorġu fatti interessanti dwar l-2014.

  • L-ammont ta’ jiem irrapportati ‘sick’ minn ħaddiema tal-Gvern u tal-privat nqas b’11,320 fuq l-2013.
  • L-ammont ta’ pensjonanti żdiedu b’4,327, meta mqabbel mal-2010 ( 2,647 rġiel u 1,680 nisa).
  • Il-maġġoranza ta’ dawk li kienu qed jibbenefikaw minn għajnuna soċjali kienu jieħdu għajnuna reltata mal-anzjanità – bl-ogħla rati ta’ nies jieħdu dawn it-tip ta’ għajnuniet issibhom fl-Mdina, u l-inqas fl-Imtarfa.Aqra aktar

Send this to a friend