nies – Page 2 – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Il-Prim Ministru milqugħ fil-Birgu

Il-Prim Ministru Joseph Muscat kellu l-ewwel żjara f’din il-kampanja elettorali fil-Birgu. Spikkat il-merħba mill-isbaħ li taw lill-Prim Ministru dawk li kienu fis-suq tal-Birgu u l-kummenti pożittivi li kellhom mhux biss għall-ħidma ta’ Gvern Laburista iżda anke għat-tmexxija tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

Aqra aktar

“Malta hija waħda mill-aktar postijiet siguri fid-dinja” – kriminologu u professur

Il-kriminologu u professur Saviour Formosa jgħidha bla tlaqliq li “Malta hija waħda mill-aktar postijiet safe fid-dinja speċjalment fl-Ewropa”.

Kumment li jista joffri serħan fl-imħuħ b’mod partikolari fi żmien fejn is-sigurta’ tal-pajjiż bdiet tintuża bħala ballun politiku. Filfatt, f’dan ir-rigward il-Ministru Carmelo Abela kien appella lill-oppożizzjoni sabiex tieqaf tuża dan is-suġġett tant sensittiv sabiex tipprova tirbaħ xi punti politiċi. Kien appella lis-sigurta’ tal-pajjiż huwa suġġett li wieħed irid jaħdem flimkien fuqu u li l-Pulizija għandha tiġi offruta l-ispazju meħtieġ mingħajr pressjoni sabiex tkompli tagħmel xogħolha b’reqqa.

Il-Professur Saviour Formosa kien qed jitkellem fuq il-programm ONE breakfast news fid-dawl tar-rapport annwali tal-kriminalita f’Malta fl-2016. Huwa spjega kif meta wieħed iħares lejn l-influss tal-popolazzjoni mill-barranin u ż-żieda fil-flus fl-idejn li ġġib magħha iżjed opportunitajiet għal dawk li jkunu intenzjonati li jwettqu xi reat kriminali, suppost din is-sena kellha tispiċċa b’żieda ta’ madwar 1,500 reat. Minflok ir-reati irrappurtati raw biss żieda ta’ 0.9% li tfisser 160 reat li fi kliem Formosa tfisser li “xi ħaġa ġara on the ground serviet bħala mitigation factor”.

Aqra aktar

Jinħatar il-Bord tal-Uffiċċju għall-Irkurpru tal-Assi

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici ħatar il-membri tal-Board tal-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi (Asset Recovery Bureau), li se jservu f’din il-kariga għat-tliet snin li ġejjin.

Iċ-chairperson huwa l-Imħallef Emeritu Joseph David Camilleri. Il-membri huma: is-Superintendent Ian Abdilla fil-kapaċità tiegħu ta’ rappreżentant tal-Kummissarju tal-Pulizija; Marvin Gaerty fil-kapaċità tiegħu ta’ Kummissarju tat-Taxxi; Frank Mercieca fil-kapaċità tiegħu ta’ Direttur Ġenerali tal-Qrati tal-Ġustizzja; Kenneth Farrugia fil-kapaċità tiegħu ta’ Direttur tal-FIAU.

Aqra aktar

Settembru: jiżdiedu b’7,928 il-full timers, jonqsu b’1,717 dawk bla xogħol

  • Maġġoranza assoluta ta’ impjiegi inħolqu fil-privat

F’Settembru tas-sena li għaddiet, l-ammont ta’ nies reġistrati li qed jaħdmu full-time żdied b’4.6%, skont l-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika. Dan meta mqabbel mal-istess xahar ta’ sena qabel.

F’sena, l-ammont  ta’ nies fix-xogħol żdied b’3.5%, u laħaq l-185, 259. Dan kien l-aktar dovut għal żieda ta’ 7,928 fejn jidħlu dawk li jaħdmu full time, u tnaqqis ta’ 1,717 f’dawk li huma persuni jfittxu impjieg.

Ta’ min jinnota li l-impjieg full-time fis-settur privat żdied b’7,549. Jiġifieri l-maġġoranza assoluta tal-impiegi li nħolqu kienu fil-privat.

Aqra aktar

Send this to a friend