new zealand – One News

Notifiki

Fi New Zealand: Ħerġin gassijiet velenużi mill-bokka tal-vulkan li żbroffa nhar it-Tnejn

L-awtoritajiet qed jittamaw li jsalvaw it-8 persuni li huwa mifhum li għadhom hemm, b’ċans kbir li huma mejta fuq il-gżira f’New Zealand. S’issa hemm 6 persuni li huma kkonfermati mejta f’din it-traġedja fosthom il-gwida tal-lokal Hayden Marshall-Inman li kien minn tal-ewwel li ġiet kkonfermata l-aħbar tiegħu minn familtu stess. Aktar minn tletin persuna oħra jinstabu f’qagħda kritika l-isptar kawża ta’ ħruq sever. Aqra aktar

L-użu ta’ armi militari se jsir illegali fi New Zealand

Armi awtomatiċi ta’ kull tip, anke bħall-arma li ntużat fl-attakk terroristiku fi New Zealand jiem ilu, se jsiru illegali f’dan il-pajjiż. Il-Prim Minsitru Jacinda Ardern ħabbret dan inqas minn ġimgħa wara li 50 persuna nqatlu f’żewġ moskej mill-Awstraljan Brenton Tarrant.

Tarrant issa qed jaffaċċja akkużi ta’ qtil volontarju u li jħaddan sentimenti kontra ġens partikolari. Issa mistenni jerġa’ jidher quddiem il-Qorti ta’ New Zealand fil-5 ta’ April li ġej.

Send this to a friend