Stħarriġ tal-Uffiċċju Nazzjonali għall-Istatistika, l-NSO, jikkonferma li fl-2018 f’Malta kien hawn seba’ u ħamsin elf, seba’ mija, disgħa u tletin (54,739) negozju attiv. Dan iffiser żieda ta’ disgħa punt wieħed (9.1) fil-mija fuq is-sena ta’ qabel.Aqra aktar
Matul il-ġimgħa u nofs li jmiss erba’ mija u erbgħin elf persuna ser ikunu qed jirċievu l-vouchers tal-mitt ewro f’posta reġistrata mqassma mill-Maltapost. Aqra aktar
120 kumpanija tal-esportazzjoni li huma bbażati f’Malta ser ikunu qed igawdu minn investiment ta’ madwar erba’ mitt elf ewro, dan bħala parti mill-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika li ħabbar dan il-Gvern wara l-pandemija. Aqra aktar
Tmiem il-ġimgħa li għadda kienet waħda tajba ħafna u l-aħjar waħda minn mindu reġgħet bdiet iddur ir-rota ekonomika wara l-imxija.
Dan stqarru l-Viċi-President tal-Kamra tan-Negożji ż-Żgħar u Medji ma’ dan l-istazzjon fejn spjega n-negozji rrappurtaw ċaqliq fid-direzzjoni t-tajba. Aqra aktar
Il-Prim Ministru Robert Abela laqa’ b’sodisfazzjon l-istatistika tal-Eurostat li turi li pajjiżna kellu l-akbar tkabbir fl-impjiegi fiż-żona ewro. Kif ukoll il-fatt li l-ekonomija ta’ Malta kien waħda minn erba’ ekonomiji fiż-żona ewro li kibret minkejja l-effetti tal-pandemija tal-Coronavirus. Aqra aktar
Il-Kamra tal-Kummerċ ressqet numru ta’ proposti u rakkomandazzjonijiet sabiex pajjiżna jagħmel suċċess min-normalitá l-ġdida li pajjiżna qed jibda jgħaddi minnha u li mill-bidliet li se jsiru sabiex jassiguraw is-saħħa pubblika joħorġu opportunitajiet ġodda. Aqra aktar
Il-Prim Ministru ħabbar li l-għajnuna li qed tingħata lin-negozji fil-ħlas tal-pagi tal-ħaddiema, se tibqa’ tingħata. Dan ifisser li n-negozji li se jerġgħu jiftħu nhar it-Tnejn, se jibqgħu jirċievu l-għotja ta’ tmien mitt ewro fix-xahar għall-paga ta’ ħaddiem. Aqra aktar
Is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali Clayton Bartolo nieda l-programm eBiznify. Din hija pjattaforma li tista’ sservi t’għodda għan-negozji sabiex jaddattaw in-negozji tagħhom skont l-esigenzi matul din il-pandemija mingħajr ma jidħlu fi spejjeż żejda.
Huwa spjega: “B’investiment ta’ madwar 40 elf ewro u b’mira li jkollna madwar sittin student illi jipparteċipaw f’dan il-programm qed naraw kif nagħtu l-ħtiġijiet lin-negozji sabiex ikunu jistgħu anke jimpruvjaw dejjem iżjed in-negozju tagħhom.”
Ebiznify ser jitwassal b’kollaborazzjoni bejn l-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni u l-Fondazzjoni għall-ħiliet teknoloġiċi.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni Jesmond Bugeja tenna li ser ikunu qed jingħataw lezzjonijiet online b’kontenut prattiku dwar it-taħriġ fuq it-teknologija fil-kummerċ elettroniku, kif ukoll kif tippromovi n-negozju tiegħek online.
Dawk li huma nteressati isegwu il-programm eBiznify, jistgħu jagħmlu dan billi japplikaw online fuq is-sit ebiznify.com
Il-Kamra tan-negozji ż-żgħar u medji laqgħet b’mod pożittiv l-miżura tal-Gvern fejn fiha ħabbar sussidju qawwi ta’ 2.5% fuq interessi ta’ self li jieħdu n-negozji.Aqra aktar