Notifiki

Żieda fin-nefqa tal-benefiċċji soċjali iżda tnaqqis ta’ persuni li jiddependu minnhom

Filwaqt li n-nefqa soċjali kompli tiżdied minn sena għal sena, d-dipendenza fuq il-benefiċċji soċjali fl-aħħar tmien snin naqset drastikament.  Statistika mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika uriet kif filwaqt li s-sena l-oħra n-nefqa soċjali qabżet il-biljun ewro, id-dipendenza soċjali mill-2013 sas-sena l-oħra rat tnaqqis ta’ iżjed min-nofs. Aqra aktar

€95 miljun f’childcare b’xejn mill-2014 sal-lum

Sal-aħħar ta’ Frar il-Gvern ħallas ftit aktar minn €95 miljun biex jingħataw is-servizzi ta’ childcare b’xejn lill-familji Maltin u Għawdxin mindu s-servizz iddaħħal fl-2014. Aqra aktar

Il-pensjonijiet l-akbar fattur fiż-żieda fin-nefqa soċjali

Matul is-sena 2016 in-nefqa fis-sigurtà soċjali laħqet €1.6 miljun. Ftit aktar minn €70 milun aktar mis-sena ta’ qabel. L-ikbar żieda fis-sistema tas-sigurtà soċjali kienet fil-benefiċċji kontributorji, ewlenin fosthom il-pensjonijiet.

Filfatt iż-żieda fil-pensjonijiet li ta l-Gvern Laburista anki matul dik is-sena rat nefqa akbar ta’ €44 miljun fuq is-sena ta’ qabel.Aqra aktar

Il-Gvern jirdoppja n-nefqa tiegħu fuq proġetti kapitali

Fl-ewwel tliet xhur tas-sena l-Gvern irdoppja n-nefqa fuq proġetti kapitali meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena l-oħra. Dan joħroġ minn statistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika li turi li bejn Jannar u Marzu li għadda l-Gvern nefaq €106 miljun fi proġetti infrastrutturali, żieda ta’ kważi €59 miljun.

Id-dħul tal-Gvern fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena żdied bi ftit inqas minn €100 miljun meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena l-oħra. In-nefqa tal-Gvern żdiedet ukoll f’numru ta’ oqsma oħra fosthom fil-pensjonijiet, estensjoni tat-trasport b’xejn għall-iskejjel, trattament tal-kanċer (+€5.7 miljun), xiri ta’ materjal mediku għall-isptarijiet (+€5.1 miljun), xogħlijiet ta’ tisbieħ (+€4 miljun), child care b’xejn, benefiċċji soċjali, immaniġjar tal-iskart, skejjel tal-knisja (+€5.2 miljun) u fl-installazzjoni ta’ dwal aktar effiċjenti fit-toroq madwar pajjiżna. Aqra aktar

Tibda titwettaq wegħda elettorali oħra

Bil-għan li tkompli tiżdied it-trasparenza fl-infiq pubbliku kif imwiegħed fil-manifest elettorali tal-Gvern, bdew jiġu ppubblikati online ir-rapporti finanzjarji tal-kunsilli lokali kollha li se jkunu aġġornati kull tliet xhur. Il-pubbliku se jkun jista’ jara l-investiment li jkun sar fil-lokalità tiegħu billi jidħol fuq is-sit elettroniku: http://www.localgovernment.gov.mt taħt is-sezzjoni ‘Local Councils’ bit-titlu tal-paġna ‘Local Councils Financial Statistics’ jew permezz tal-link: https://localgovernment.gov.mt/en/DLG/Department%20for%20Local%20Government/Pages/LC-Financial-Statistics.aspx

Fis-sit elettroniku hemm sezzjoni li tiġbor ħarsa ġenerali lejn id-dħul u l-infiq tas-sistema finanzjarja tal-kunsilli lokali kollha u sezzjoni oħra bid-dħul u bl-infiq ta’ kull lokalità.

F’kumment li ta, is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis saħaq dwar l-importanza li t-trasparenza fl-operat tal-kunsilli lokali tkompli tiżdied biex tissaħħaħ il-governanza tajba fuq livell lokali u fl-istess waqt ikunu aktar qrib iċ-ċittadin.

Send this to a friend