Notifiki

In-natura tgħatti ġmiel il-bajja ta’ Fomm ir-Riħ

Il-Ħadd filgħodu bdiet iddur il-kelma li l-bajja ta’ Fomm ir-Riħ intilfet darba għal dejjem, wara li ġġarfet parti mill-irdum fl-akwati. L-għada, ONE News ħareġ fuq dgħajsa mal-ekwipaġġ tal-għaqda tas-Salib l-Aħmar fejn seta’ jsegwi l-effetti li dan it-tiġrif naturali ħalla fuq din il-bajja fil-punent tal-pajjiż.  Aqra aktar

Skopri l-ġmiel uniku tal-Antartika

L-Antartika huwa l-iksaħ kontinent, l-iżjed wieħed niexef u bl-ogħla elevazzjoni medja. Huwa wkoll il-kontinent li jinsab l-aktar l-isfel fin-naħa tan-nofsinhar tad-dinja. Peress li ż-żjarat huma ristretti, għalja u diffiċli, l-Antartika huwa l-uniku kontinent illi baqa’ pjuttost mhux mittiefes mill-bniedem. Infatti, il-popolazzjoni tiegħu tikkonsisti biss minn ftit eluf ta’ xjenzati.

Aqra aktar

ARA: Il-Maqluba qabdet b’konsegwenza tal-bniedem

Ħmistax wara li ż-żona protetta tal-Maqluba fil-Qrendi ġarrbet ħsarat kbar kawża ta’ nirien kbar, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi tinsab konvinta li n-nar kien konsegwenza tal-bniedem u mhux tan-natura nfisha.

In-nar tkebbes lejlet Santa Marija u ħa bosta jiem biex jintefa’ għal kollox.

L-uffiċjal fid-Direttorat għall-Konformità u l-Infurzar tal-Awtorità tal-Ambjent Stanley Gatt qal ma’ ONE NEWS li fost l-ispeċi ta’ siġar li ntlaqtu kienu s-siġar tar-rand  u l-qasab li hija speċi invażiva.

Qal li n-nar kien ikkonċentrat fiċ-ċentru tal-ħofra iżda affettwa wkoll siġar tar-Redu li qegħdin mal-irdum. B’xorti tajba, is-siġar tal-Għagħar li jinsabu f’din iż-żona ma ntlaqtux.

“Tlabna informazzjoni mal-ewwel mingħand entitajiet li kellhom informazzjoni li setgħet titfa’ dawl fuq l-akkadut b’mod partikolari l-Protezzjoni Ċivili ilhi rrespondew, kienu huma li rrespondew l-ewwel għall-inċident.”

Qal li minbarra l-investigazzjoni tal-pulizija li għad trid tistabbilixxi min kien responsabbli tan-nirien, bdiet tagħmel investigazzjoni separata biex tevalwa l-ħsara ambjentali li saret.

“S’issa l-investigazzjonijiet dejjem ikkonċentraw fuq il-possibilita’ ilhi n-nar kien konsegwenza tal-bniedem. Għalfejn qiegħed ngħid hekk? Għaliex jidher li n-nar ma kienx ikkawżat min natura, ċoe affarijiet meterjolodiġiki jew hekk.”

Fid-dawl ta’ dan, l-ERA se tkompli tagħmel l-investigazzjonijiet biex ikollha konkluzzjoni ta’ x’ġara eżatt.

“L-ERA se tkompli l-investigazzjonijiet tagħha biex ġa la darba l-konluzzjonijiet tagħna jekk huwa li jittieħdu xi passi leġali kontra xi entita ilhi kienet responsabbli għall-akkadut, dawk il-passi jittieħdu.”

 

FILMAT: Ġmiel in-natura wara l-maltemp

L-għodwa tal-Ħadd bdiet b’temp griż u ħalbiet tax-xita fejn kollox kien jindika li maltempta kienet se tgħaddi minn fuq pajjiżna.

Iżda kif jgħid il-Malti, wara l-maltemp jitfaċċa l-bnazzi, u għalhekk n-natura ħarġet l-isbaħ element tagħha.

Aqra aktar

Żewġ miljun u nofs xitla fis-sena

Lejlet l-istaġun tar-rebbiegħa, tinsab fl-aqwa tagħha l-ħidma mill-ħaddiema tal-Environmental Landscapes Consortium fil-fabbrika tagħhom f’Ħ’Attard li fiha jipproduċi madwar żewġ miljun u nofs xitla fis-sena.

Ix-xtieli u fjuri li jiżirigħu fis-serer tagħhom isebbħu bosta postijiet pubbliċi fil-gżejjer Maltin fosthom toroq ewlenin, roundabouts u ġonna pubbliċi.

Iċ-Chairman tal-ELC Peter Calamatta spjega l-ħidma tal-ELC fis-serer tagħhom f’Wied Inċita sabiex f’Malta ikollna ambjent isbaħ matul is-sena kollha.

Aħna nippruvaw nagħmlu 4 bidliet fis-sena kull post. Namlu fjuriet tal-istaġun. U dan kollu trid tibda taħseb għalih minn sena qabel.

F’ġurnata mill-isbaħ fil-ġonna ta’ San Anton, is-Sur Calamatta li waqgħetlu żokortu f’dan ix-xogħol, spjega li matul l-aħħar sena n-nofs il-ġnien ta’ San Anton imtela biċ-Ċiniraria.

Huwa qal li fl-imgħoddi din il-pjanta kienet popolari ħafna fil-ġonna tal-qedem, izda maz-zmien ma baqgħetx daqstant popolari.

Jum qabel li jibda l-istaġun tar-Rebbiegħa, Peter Calamatta fisser kif ir-rebbiegħa huwa staġun li jagħti opportunita sabiex joħroġ is-sabiħ u natura.

Żmien ideali sabiex wieħed imur qalb il-kampanja jew f’xi ġnien u jitpaxxa bin-natura maltija.

Rebbiegħa żmien sabih. Juri is-sabiħ ta’ xogħlna jiżvilupp fin-natura, kuluri u serħan il-moħħ.

Potenzjal mhux utilizzat biżżejjed

In-numru rekord ta’ turisti li jżuru pajjiżna huwa xhieda tal-prodott ħolistiku tajjeb li noffru bħala pajjiż. Il-lukandi, ristoranti u servizzi relatati mal-ospitalità kollha għamlu qabża ‘l fuq fil-kwalitá u li anki jitgawda mill-poplu Malti inġenerali meta jagħmel użu minn dawn is-servizzi. Però nħoss li wasal iż-żmien li nħarsu lejn niċċa oħra li dan il-pajjiż għandu x’joffri lit-turist, u anki lill-poplu lokali – il-potenzjal tal-kampanja Maltija, u l-ġmiel li toffri. Diġà hawn siti onlajn, kif ukoll kotba għall-bejgħ, li jirreferu għall-ammont żgħir ta’ mixjiet fil-kampanja jew irħula. Però dan m’huwiex biżżejjed fid-dinja tal-lum.

Aqra aktar

Rari jkun hawn Malta

Il-Ġimgha 14 ta’ April, Bernard Farruiga, kaċċatur u membru ta’ Kaċċaturi San Ubertu (KSU) innota għasfur rari u ħadlu xi ritratti.

Dan kien ikkonfermat li huwa Kuda Dumnikana imma mil varjazjoni iċ-ċara (Oenanthe hispanica hispanica).

Bl-Ingliż huwa Pale-throated Black-Eared Wheatear, u hawn minn isibu bħala Light Morph Black-Eared Wheatear, jew Western Race Black-Eared Wheatear.

Il-Kuda Dumnikana hija komuni fir-rebbiegħa u fil-ħarifa, imma il-varjazjoni iċ-ċara hija rari għax tistab fil-Punent, fil-pajjiżi bħal Spanja, il-Portugall u il-Marokk, u anke ftit fi-Franza.

Dan l-għasfur gieli passa minn Malta, imma l-każijiet huwa vera ftit.

Aqra aktar

Send this to a friend