nar – Page 7 – One News

Notifiki

ARA L-FILMAT: Żewġ karozzi jieħdu n-nar fil-Gżira.

Matul il-lejl li għadda għall-ħabta tas-1:30 ta’ filgħodu, żewġ karozzi tal-għamla Renault u Honda ħadu n-nar. L-każ seħħ fi Triq Turo Rizzo, il-Gżira

Fuq il-post issejħet l-għajnuna tal-Puluzija u membri mit-taqsima tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nar .Huwa mifhum li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident. Għadu mhux mifhmum jekk in-nar tqabbadx intenzjonalment.

Fuq il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Aaron Bugeja.

Aqra aktar

ARA: Tliet karozzi jinbidlu f’ħuġġieġa nar

Tliet karozzi ħadu n-nar fi Triq Gafar f’Tas-Sliema. Il-karozzi nbidlu fi fjamma waħda fis-satra tal-lejl u għadu mhux magħruf x’ikkawża dawn in-nirien. Il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili rnexxilhom jikkontrollaw in-nirien, u b’xorti tajba ħadd ma’ weġġa’ f’dan l-inċident.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aqra aktar

Jeħel €20,000 wara li ħażen illegalment logħob tan-nar tal-festa viċin kunvent tal-patrijiet

Il-Qorti kkundannat Għawdxi ta’ 46 sena jħallas multa ta’ €20,000 wara li nstab ħati li kien qed jimmanifattura u jaħżen logħob tan-nar illegalment f’kontejner viċin kunvent tal-patrijiet tal-Ġiżwiti fi Triq Santa Duminika fil-limiti ta’ bejn il-Fontana u r-Rabat Għawdex.

Kien f’Mejju 2015 li ngħaddiet informazzjoni lill-Pulizija li kien hemm materjal splussiv maħżun għall-logħob tan-nar f’post  mhux liċenzjat. Fil-kontejner instab nar maħdum għall-feta fosthom tliet saluti tal-ħamsa, sittax-il murtal beraq tal-ħamsa u ammont żgħir ta’ nar tal-art.Aqra aktar

FILMAT: Karozza bit-turisti tieħu n-nar fi triq il-Kosta

Karozza tal-kiri li kienet qed tintuża minn turisti, inħakmet minn nirien illum għall-ħabta tas-13:10 ta’ wara nofsinhar.

Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia, waqt li kien viċin lukanda li tinsab fi triq il-Kosta, lemaħ l-istess karozza tal-kiri b’passiġieri turisti, li kienet qed tieħu n-nar.Aqra aktar

Stennija kbira għan-nar f’San Bartilmew

Din is-sena San Bartilmew mhux ser ikollu n-nies biss jiċċelebrawh iżda ser ikun hemm festa oħra ta’ nar bl-isem ‘Prelude of Fire’.

Fi żvilupp ġdid mis-snin ta’ qabel, l-Għaqda tan-Nar San Bartilmew preparaw spettaklu sħiħ ta’ erbgħa u għoxrin minuta li jikkonsisti minn torri tan-nar li hu twil kważi għaxar sulari, kif ukoll nar sinkronizzat mal-mużika tal-widna kemm lokali kif ukoll internazzjonali

Aqra aktar

Filmat: Sema ta’ kuluri fil-Qrendi u l-Imqabba

Filwaqt li llum Malta qed tiċċelebra l-festa ta’ Santa Marija, ilbieraħ is-sema Maltija kienet imlewna b’kuluri mill-isbaħ riżultat tal-ħiliet tal-pirotekniċi Maltin, b’mod partikolari dawk tal-Qrendi u l-Imqabba.

F’siti onlajn ddedikati għad-dilettanti tan-nar kienu għexieren dawk minn dawn iż-żewġ irħula li bir-raġun ftaħru b’dak li rnexxielhom itellgħu. Spettakli kbar li jħallu lil dawk li jkun bla kliem. Għażilna uħud mill-isbaħ siltiet li nsegwuwhom fil-minuti li ġejjin.

Aqra aktar

FILMAT: Karozza tieħu n-nar fl-Imsida

Ftit tal-ħin ilu karozza tat-tip Peugeot ħadet in-nar fi Triq ewlenija fl-Msida. Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili biex jassistu fit-tifi tan-nar.

Qarrejja ta’ one.com.mt qalulna li kawża ta’ dan l-inċident, fit-triq hemm it-traffiku.

B’xorti tajba ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

Aqra aktar

Send this to a friend