nar – Page 5 – One News

Notifiki

Lukanda abbandunata tieħu n-nar fil-Qawra

Lukanda abbandunata fi Triq it-Tamal fil-Qawra ħadet in-nar ftit tal-ħin ilu. Fuq il-post issejħu xi membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jikkontrollaw in-nirien.

Jidher li ma kienx hemm bżonn intervent mediku fuq il-post hekk kif ma kienx hemm nies fl-inħawi.

Aġġornat: Il-Ministeru għall-Ambjent infurmat li m’hemmx periklu għal-ħruq tal-ballun tan-nar

Il-Ministru għall-Ambjent huwa nfurmat mill-ERA li, fil-każ tal-ħruq tal-ikbar ballun tan-nar li qatt sar Malta li se jsir għada fiż-Żurrieq, kull aspett ambjentali kien ikkunsidrat u ma hemm ebda periklu.

Fi stqarrija, il-Ministeru qal li sar assessjar adekwat skont il-liġi, biex ikun assigurat li ma jkunx hemm impatt fuq il-fawna u l-ambjent naturali tal-madwar waqt il-ħruq tal-ballun tan-nar għada. B’hekk, l-ambjent tal-madwar ma jinsab f’ebda periklu. Aqra aktar

Bil-Filmat: Daqqa ta’ ħarta oħra għal missier u iben fir-Rabat

“Lejl tal-biża’. Qas niflaħ nitkellem. Ġejt hawn, u sibt kollox vampa nar.”  Hekk stqarr Xmun Azzopardi ta’ 77 sena, sid ta’ razzett tal-baqar fir-Rabat, wara li r-razzett li minnu, flimkien ma’ ibnu, jaqla’ l-ħobża ta’ kuljum, matul il-lejl li għadda ħa n-nar. Dan b’konsegwenza li nqerdu b’erbgħin elf ewro f’balal tat-tiben.

Aqra aktar

Send this to a friend