nar – Page 4 – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Tkompli l-ħidma biex jintfew in-nirien fir-residenza f’Ħal Luqa – tliet anzjani l-isptar

Il-Protezzjoni Ċivili għadhom għaddejjin b’ħidma sabiex jitfu n-nirien li ħakmu residenza f’Ħal Luqa li ilu għaddej mill-17:15 tal-bieraħ waranofsinhar fi Triq Wesgħet il-Vittmi tal-Gwerra. Tliet anzjani bħalissa jinsabu rikoverati l-isptar b’rabta ma’ dan il-każ.Aqra aktar

Aġġornat bir-ritratti: Vann jieħu n-nar fil-Fgura

Jidher li ħadd ma weġġa’ f’nirien li ħakmu karozza pparkjata fi Triq il-Liedna, il-Fgura, il-lejl li għadda.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-01:00. Uffiċjali tat-tifi tan-nar marru mal-ewwel fuq il-post sabiex jikkontrollaw in-nirien.

Għadu mhux magħruf jekk xi djar jew karozzi oħra fil-viċin ġarrbux xi ħsarat minħabba n-nar. Il-kawża tan-nirien għadha mhux magħrufa.

Ritratti: Ivan Baldacchino 

 

Send this to a friend