BIL-FILMAT: Nirien jaħkmu garaxx fil-Qawra

Tard it-Tlieta filgħaxija nirien ħakmu parti minn garaxx li jinsab taħt blokka appartamenti fi Triq l-Iskuna fil-Qawra.

Immedjatament fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li daħlu fil-garaxx u bdew b’ħidma sabiex jitfu n-nirien.

Fl-istess waqt numru ta’ residenti li jgħixu fl-istess blokka ġew evakwati minħabba l-periklu li kien hemm.

Minn informazzjoni li kiseb one.com.mt jidher li fil-garaxx kien hemm numru ta’ vetturi.

Jidher li ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ madankollu fuq il-post wasal ukoll tim mediku mill-Isptar Mater Dei.

Il-każ qed jiġi investigat mill-Pulizija tad-Distrett tal-Qawra.

BIL-FILMAT: Jiżviluppaw nirien fl-inħawi tax-Xagħra Għawdex

ONE News jinsab infurmat li ftit tal-ħin ilu żviluppaw nirien fl-inħawi tax-Xagħra Għawdex.

Kelliem għall-Pulizija ikkonferma l-każ u stqarr ma’ dan is-sit li ħadd ma weġġa’ kawża ta’ dawn in-nirien li jidher li tkebbsu minn ħaxix niexef.

Ritratt li kiseb ONE News juri daħna sewda kbira tidher minn bosta inħawi f’Għawdex.

Nifhmu li ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili marru minnufih fuq il-post biex jikkontrollaw in-nirien.

Jum San Ġużepp b’differenza – jinħaraq murtal ta’ grazzi għal min qed jiġġieled il-pandemija

Il-moti ta’ festa mill-kampnar daqqew, iżda n-nies ma ħarġux. Il-banda baqgħet siekta u t-toroq tal-madwar baqgħu vojta min-nies, għajr għal xi anzjana li ħarġet tinvista lil Ġesu Ewkaristija.

F’jum il-festa ta’ San Ġużepp  fir-Rabat, fl-elfejn wieħed u għoxrin, iddomina biss il-ftit tiżjin fit-triq u t-twieqi, u l-bnadar kalmi fuq l-arbli tal-bjut.

Is-skiet ta’ knisja vojta, b’bieb magħluq u mżejna bid-damasak u gandlieri tal-fidda waqt il-paninġierku tal-festa, inkiser biss bil-melodja tal-arpa.

Aqra aktar

Send this to a friend