Notifiki

Suċċess għall-kampanja “Naħseb Fik”

Il-kampanja mmexxija mis-Segretarju Parlamentari għad-Drittijet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana għal żmien il-festi kellha rispons qawwi. Fil-fatt iktar minn 300 persuna anzjana gawdew mill-inizjattiva “Naħseb Fik”.  Din hi t-tieni edizzjoni wara s-suċċess li kellha l-ewwel darba s-sena l-oħra.

“Din hija inizjattiva oħra komunitarja u familjari favur l-anzjani li fil-jiem tal-festi jħossuhom minsijin mill-familja u l-ħbieb.”  Hekk qalet is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana meta llum innotat ir-rispons qawwi li kien hemm fi ftit ġimgħat mindu nediet din il-kampanja. Hija qalet li permezz ta’ kampanja bħal din setgħet tintwera solidarjetà aktar diretta bejn il-ġenerazzjonijiet fil-familja u fil-komunità.

Aqra aktar

Send this to a friend