Għaqdiet Ġermaniżi li jġorru l-immigranti jilmentaw minn bidliet fil-liġi biex joperaw

Il-Gvern Ġermaniż ħabbar tibdiliet fir-regolament dwar l-operat ta’ bċejjeċ tal-baħar żgħar li jintużaw għall-protezzjoni ambjentali kif ukoll għas-salvataġġ fil-baħar fosthom għal skopijiet umanitarji fil-baħar Mediterran. Dawn ir-regolamenti ġodda jfissru li kull min jopera opra tal-baħar għandu jkun konformi mal-miżuri ta’ saħħa u sigurtà. Aqra aktar

Il-Kaptan tal-MV Lifeline lura l-Qorti

Il-Kaptan tal-MV Lifeline Claus-Peter Reisch reġa’ lura l-Qorti hekk kif għadu qed jinstema’ l-każ kontrih dwar li daħħal il-bastiment bl-immigranti f’ibħra territorjali Maltin mingħajr ir-reġistrazzjonijiet u l-liċenzji meħtieġa.

Il-Maġistrat Joe Mifsud rodna li ittri li nbtagħtu f’Qorti Oldaniża jitolbu għall-provi jkunu meqluba mill-Olandiż għall-Ingliż hekk kif ma kienx hemm persuni preżenti fil-Qorti li setgħu jagħmlu dan. Aqra aktar

Jitolbu lill-Gvern iħalli l-bastimenti tal-NGOs joperaw

Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew li ġiet pajjiŻna sabiex tinvestiga l-kwistjoni tal-Immigrazzjoni, talbet lill-gvern malti sabiex iħalli l-vapuri u ajruplan jitilqu minn Malta biex jerħula lejn iż-żona ta’ tiftix u salvataġġ tal-Libja.

Fl-aħħar ta’ Ġunju li għadda, il-Gvern ordna li l-vapuri Seawatch 3 u l-MV Lifeline li jaħdmu fil-qasam tas-salvataġġ fil-Mediterran biex ma joħorġux mill-Port il-Kbir minħabba ksur ta’ regolamenti internazzjonali.

Dan wara deċiżjoni tal-Unjoni Ewropea li bl-insistenza ta’ Malta qablet li dawn il-vapuri għandhom jaħdmu skont ir-regoli internazzjonali.

Madankollu, id-delegazzjoni mmexxija mill-membru parlamentari ewropew tal-irlanda Martina Anderson, qalet li l-Prim Ministru Joseph Muscat għandu jintervjeni u jħalli dawn il-bastimenti tas-salvataġġ joperaw.

We are asking the PM to intervene to these vessels to leave Malta.

Fl-stess konferenza tal-aħbarijiet, il-membru parlamentari ewropew ingliza Jean Lambert appellat sabiex l-istati membri tal-Unjoni Ewropea ma jaħarbux mir-responsabillita tagħhom u jsalvaw l-immigranti.

Bil-gvern malti dejjem mexa bil-politika tas-sens komun u salva ħajjet in-nies f’kazijiet fejn kien hemm bzonn. Bil- ħajja umana hija l-interess ewlieni tal-gvern.

We were looking at the situation when Malta was undepressure a number of years ago. The inability of member states to cooperate where people will land and the support.

Il-ġimgħa li għaddiet l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia qal li Malta għandha ssir ċentru ta’ salvataġġ għall-immigranti għax qal li għandha ħafna baħar. Propsota li l-Prim Ministru Joseph Muscat għamilha ċara li ma jaqbilx magħha għax Malta ssir target għat-traffikanti li jimmiraw li jġibu l-immigranti mill-ewwel f’pajjiżna.

 

Grupp ieħor ta’ immigranti se jħalli Malta għan-Norveġja

Fil-jiem li ġejjin grupp ieħor ta’ immigranti mistennija jħallu Malta lejn in-Norveġja wara li l-proċess mal-awtoritajiet Norveġiżi kważi wasal biex jintemm.

Fl-aħħar ġimgħat għexieren ta’ immigranti li daħlu f’Malta abbord l-MV Lifeline, ħallew pajjiżna lejn Franza, il-Lussemburgu, l-Olanda u l-Portugall.Aqra aktar

AĠĠORNAT: Tkompli l-kumpilazzjoni tal-każ tal-Kaptan tal-MV Lifeline

Kompliet tinstema’ l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront tal-Kaptan Claus Peter Reich li jinsab mixli fost l-oħrajn li uża vapur fl-ibħra territorjali Maltin mingħajr liċenzja u reġistrazzjoni.

Il-Kaptan Reisch ippreżenta riġal li rċieva mingħand il-Partit Soċjalist Demokratiku Ġermaniż fil-Parlament tal-Bavarja b’ringrazzjament ta’ xogħolu bħala kaptan fuq MV Lifeline partikolarment għas-salvazzjoni tal-240 immigrant li salva fl-aħħar ta’ Ġunju li għadda.

Dr. Martin Bajada xehed quddiem il-qorti li wara li għamel riċerka diġitali irriżultalu li l-bastiment kellhu żewġt ismijiet qabel sar MV Lifeline.Aqra aktar

Send this to a friend