mużika – Page 7 – One News

Notifiki

Proġett li ser imexxi ‘l quddiem l-arti u l-mużika

‘ARTruistic 360 Rebranding Volunteering’ – proġett tas-Soċjetà Filarmonika Santa Marija taż-Żebbuġ Għawdex  li għandu l-għan li jeduka u fl-istess ħin jiċċelebra l-ħidma tas-Settur tal-Volontarjat, hekk kif dan il-proġett qed issir permezz ta’ fondi mill-iskema tal-Proġetti ta’ Organizazzjonijiet Volontarji amministrata mill-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju.

Aqra aktar

Programm mużikali mill-banda San Gejtanu

Għall-okkażjoni tal-festi tal-Milied, il-Banda San Gejtanu, hekk kif ilha tagħmel għal bosta snin, se tesegwixxi l-Programm Annwali marbut mal-istaġun. Dan il-programm se jsir ġewwa l-Każin San Gejtanu nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Diċembru, fis-7.30pm. Il-Banda se tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur tagħha; Mro. Jonathan Borg.

Aqra aktar

It-TRAVELLERS jivjaġġaw sa PJAZZA

THE TRAVELLERS, grupp mużikali Malti spjega l-esperjenza tiegħu fuq il-programm Pjazza.

Dan il-grupp għandu ħoss Ewropew b’noti minn strumenti tradizzjonali u lirika bil-pinna Maltija. Il-kantanti huwa kollha Għawdxin u għamlu suċċess bl-ewwel kanzunetta tagħhom sempliċitá.
Aqra aktar

Jitgħallmu bil-Eurovision!

Proġett li beda riċentament bl-isem ta’ “Learning through the Eurovision” ħajjar diversi skejjel li minn jeddhom urew l-interess biex jiġu involuti fih.

Aqra aktar

Mużiċisti jiġbru flus għall-mużiċisti tal-futur

Fadal ftit jiem biss għat-tieni edizzjoni tat-Talbot & Bons Live Music Marathon.

F’dak li jippromettu li ser ikun tmiem il-ġimgħa mimli gost ta’ mużika live non-stop, Talbot & Bons qegħdin jagħmlu l-aħħar preparamenti għal dan l-avveniment uniku: 60 siegħa ta’ mużika live mingħajr waqfien il-ħin kollu u matul il-lejl, li jibda f’nofs in-nhar tal-Ġimgħa, 21 ta’ Ottubru, 2016, u jispiċċa f’nofs il-lejl tal-Ħadd, 23 ta’ Ottubru, 2016.

Talbot & Bons ingħaqdu ma’ entertainment.com.mt biex iwasslu 60 act differenti ta’ ġeneri differenti għal kawża ġusta. Din id-darba għażlu mod differenti kif jgħinu dawk fil-bżonn.

Aqra aktar

Smajt bid-diska “Don’t Be So Shy”? Se jkunu Malta

Id-diska popolarissima “Don’t Be So Shy”, jew il-verżjoni remix tagħha biex inkunu preċiżi, kisbet suċċess kbir fiċ-charts mondjali, u anke hawn Malta.

Issa nistgħu inħabbru li Filatov & Karas, l-imħuħ wara din id-diska, se jkunu hawn Malta nhar il-Ġimgħa, 4 ta’ Novembru.

F’San Ġiljan se jtellgħu 90 minuta live-set flimkien mal-kantanta Alida, li se tkun qed teżebixxi ‘live’.

Aqra aktar

Send this to a friend