mużika – Page 6 – One News

Notifiki

Festivals Maltin jista’ jkollhom timbru Ewropew

Sentejn ilu sar proġett pilota f’pajjiżna, bl-isem EFFE; Europe For Festivals, Festivals For Europe. Kien proġett li kiber, hekk kif festivals lokali kkonsolidaw l-istatus kreattiv u l-ispettru internazzjonali tagħhom. Dan minħabba l-possibbiltà ta’ networking għal shubija artistika internazzjonal, li jiggarantixxi kwalità artistika stupenda.

Is-sabiħ ta’ proġett bħal EFFE hu li festivals kbar, bħal m’hu Fringe ta’ Edinburgh, jissieħeb ma’ festivals żgħar, bħall-festival For Music In Gozo.

Aqra aktar

“Emmen fik innifsek u tasal fejn trid”

Minjaf kemm-il reklam naraw ta’ kuljum bejn programm u ieħor, iżda forsi qajla jgħaddilna minn moħħna, ix-xogħol li jkun sar minn wara l-kwinti biex fuq it-televiżjoni tagħna naraw il-prodott finali.

L-istess waqt film.  Element wieħed u komuni kemm f’reklam u kif ukoll film hi l-mużika fl-isfond.

Onenews tkellem ma’ Damian Mizzi – proprju raġel li jikkomponiha.

Aqra aktar

Terremot romantiku fid-dinja mużikali

Il-kantanti Jennifer Lopez ta’ 47 sena u Drake, ta’ 30 sena, donnhom iridu jikkonfermaw li qed joħorġu flimkien.

Kull min isegwi l-intriċċi fid-dinja tal-ispettaklu ikkonkluda dan wara li kien ippublikat ritratt fuq il-paġni uffiċjali tagħhom ta’ Instagram.

Dan kollu hu mifhum li jirrita bi kbir lill-kantanta Rihanna, eks maħbuba ta’ Drake. Diġa’ kien hemm min beda jinkwieta li ġej xi terremot, wara li Rihanna għamlet il-pass li kull min huwa iffissat fid-dinja tal-media soċjali jgħidlek li huwa simili daqs li kieku wettaqt xi reat fil-konfront ta’ dak li jkun: għamlitilha unfollow.

Aqra aktar

Il-maħbub ta’ George Michael jirrakkonta kif sabu mejjet fis-sodda

L-istilista tax-xagħar u maħbub ta’ George Michael, Fadi Fawaz, stqarr li kienu hu li sab il-ġisem bla ħajja tal-istilla fix-xena mużikali. Qal ukoll li qatt mhu se jieqaf jiftakar fih.

Dan kollu għamlu permezz ta’ Twitter, fejn Fawaz irrakkonta kif sab lil Michael mejjet fis-sodda fid-dar tiegħu f’Goring-on-Thamses, Oxfordshire, dakinhar tal-Milied. Il-mewt tal-kantant ta’ 53 sena mhix qed titqies bħala waħda suspettuża.

Il-kantant kellu pnewmonja fl-2012 u issielet kontra l-vizzju tax-xorb tul ħajtu kollha. Hu mifhum li miet b’attakk tal-qalb.

Aqra aktar

Minn Għawdex, jikkonduċi fil-Messiku

Is-surmast Għawdxi Colin Attard żar il-Messiku bħala konduttur tal-Orquesta Sinfonica del Estado de Mexicofor għall-kunċert finali tal-orkesta għal din is-sena. L-Orkestra għażlet lis-surmast Għawdxi wkoll għax kienet qed tiċċelebra l-45 anniversarju tagħha.

Attard huwa l-fundatur u direttur ta’ Gaulitanus Choir u d-direttur artistiku ta’ Gaulitana: A Festival of Music. Dan apparti li huwa d-direttur mużikali ta’ Teatru tal-Opra Aurora u tal-Leone Philharmonic Society.

Il-kunċert ittella’ f’Sala Felipe Villanueva f’Toluca, fejn Attard ġie intervistat mis-sit Diario del Estado de  México.

Aqra aktar

Il-mużiċist li sar ħaġa waħda mas-sitar

Is-sitar huwa instrument mużikali li f’Malta ftit li xejn nisimgħu mużika li tindaqq minnu, pjuttost ftit li xejn issib Maltin li jafu jdoqquh. B’kurżità fittixt dwar dan l-instrument biex insir naf aktar u  fost ir-riċerka li għamilt, sirt naf b’Anthony Curmi, magħruf ukoll bħala Toni s-Sitar. Ilu jdoqq is-sitar għal żmien mhux ħażin. Tlabtu biex nagħmillu intervista sabiex  insiru nafu aktar dwaru bħala mużiċist u bħala persuna li ddoqq b’kunfidenza sħiħa s-sitar.

Fl-Indja s-sitar huwa meqjus bħala instrument sagru. Il-maġġor parti tan-nies jemmnu li min ikun qed idoqq jew jisma’ n-noti ħerġin minn dan l-instrument ikun jista’ jilħaq stat ta’ komunikazzjoni mal-allat, l-univers jew in-natura. Il-ħoss tiegħu jwassal sabiex il-bniedem jimmedita u jirrilassa. Aqra aktar

Il Volo se jirritornaw f’pajjiżna fl-2017

 

Fuq il-paġna Maltija fuq is-sit soċjali Facebook bl-isem ta’ Il Volo Malta, ħabbru li l-grupp mużikali ta’ tliet żgħażagħ b’leħen grandjuż, Il Volo, se jkunu qed jerġgħu jirritornaw lura f’Malta fit-8 ta’ Ġunju tal-2017.

Aqra aktar

Min se jirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision li jmiss? Imħabbra l-finalisti

L-istazzjon nazzjonali għadu kemm ħabbar is-sittax-il finalista li se jikkompetu fil-Malta Eurovision tas-sena d-dieħla. Wieħed jew waħda mill-finalisti li se jipparteċipaw fil-festival li se jsir fit-18 ta’ Frar li ġej se jirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest f’Mejju. Fost dawk li għamluha għal Malta Eurovision hemm ir-rebbieħ ta’ Swedish Idol Kevin Borg u Richard Edwards, li irrappreżenta lil Malta fil-Eurovision tal-2014.

Hemm ukoll numru t’artisti ġodda u oħrajn li rritornaw f’din il-kompetizzjoni.

Aqra aktar

ISLE OF MTV 2017: 27 ta’ Ġunju – il-festival ikkonfermat għall-erba’ snin li ġejjin

MTV b’kollaborazzjoni mal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu ħabbru li l-Isle of MTV s-sena d-dieħla se ssir fuq il-Fosos tal-Furjana nhar is-27 ta’ Ġunju 2017.

Din se tkun il-ħdax-il edizzjoni hawn Malta. Fl-aħħar għaxar snin Malta providet l-ambjent idali għall-ikbar festival mużikali sajfi. Fi kliem Russell Samnuel minn Viacom Velicoty, li tieħu ħsieb il-kunċert, il-festival “has proven to be an extremely successful partnership with our friends at the Malta Tourism Authority.”

Huwa dan is-suċċess li wassal biex il-festival ġie ikkonfermat għall-erba’ snin li ġejjin.

Send this to a friend