mużika – Page 5 – One News

Notifiki

Thomas jibqa’ ħaj fil-mużika

Wara battalja kiefra kontra l-kanċer, Thomas Galea ħalla din id-dinja. Kienet ġlieda ta’ ħames snin, li tulhom l-imħabba ta’ Thomas lejn il-mużika ma waqfitx. Il-grupp mużikali Dwal Ġodda qed jorganizzaw l-attività Music Notes for Thomas. Il-membri rrakkontaw li anke fl-agħar żminijiet tiegħu, Thomas kien jattendi l-provi u l-performances. Għalhekk se jiċċelebraw il-passjoni, ferħ u kuraġġ tiegħu permezz ta’ lejn ta’ mużija fil-Għargħur, nhar is-Sibt 4 ta’ Marzu.

Aqra aktar

It-Taljani jgħidu li ‘Kewkba’ tat spinta lill-lingwa Maltija

Fis-sit Taljan Euromusica hemm artiklu dwar il-kanzunetta ‘kewkba’ ta’ Janice Mangion. It-Taljani osservaw li ftit li xejn jissemmew kanzunetti bil-Malti, avolja jkunu organizzati avvenimenti sħaħ iddedikati lill-lingwa Maltija. Tkun mużika ta’ livell tajjeb, qalu t-Taljani, imma spiss ‘il bogħod minn dak li huwa ‘mainstream nazzjonali’.

Osservaw li l-lingwa li tintuża għal skopijiet kummerċjali f’Malta hija l-Ingliż, u ħlief għal erba’ kelmiet bil-Malti li kienet żerżqet Claudette Pace b’Desire, il-Malti ilu nieqes mill-Eurovision Song Contest mill-1972. It-Taljani nnotaw li fil-kanzunetta ta’ Janice Mangion kien hemm nisġa sħiħa ta’ kliem ġej mit-Taljan, id-djalett Sqalli, l-Ingliż u l-Għarbi, fost influwenzi oħra.

Aqra aktar

Jitħabbru l-ewwel artisti tal-ISLE OF MTV!

L-ewwel artisti li ġew konfermati li se jkunu qed jeżebixxu t-talent mużikali tagħhoma fl-ISLE OF MTV ta’ din is-sena huma THE CHAINSMOKERS. L-Isle of MTV se jsir it-Tlieta fis-27 ta’Ġunju fuq il-fossos tal-Furjana, bid-duo mużikali mistennija jkantaw l-iktar diski popolari tagħhom.

‘Happy’ ta’ vera: Pharrell Williams u martu għandhom triplets

Tiftakru l-kantant tad-diska “Happy” li tant ferrħet nies ftit snin ilu?

Il-kantant tagħha Parrell Williams u martu Helen Lasichanh għandhom għalfejn ikantawha bil-qalb kollha, għaliex għadu kemm kellhom triplets. Diġà għandhom tifel ta’ tmin snin bl-isem ta’ Rocket, u għadu mhux magħruf x’se jsemmu t-tliet ċkejknin. Forsi din id-darba ismijiet ta’ xi tip ta’ vetturi oħra, spazjali jew le.

Aqra aktar

Peter Paul ta’ Tribali jgħallem lit-tfal tal-Filippini…”Never Give Up”!

Peter Paul, mill-grupp mużikali Tribali, temm missjoni fil-Filippini b’mod speċjali. Waqt li jinsab hemm jagħmel xogħol ma’ tfal fejn jidħol talent mużikali, għallimhom verżjoni orkestrali tal-kanzunetta “Never Give Up”. L-arranġament mużikali għamlu qabel mar il-Filippini, u rrakkonta kemm huwa kuntent li f’temp ta’ ġimgħatejn, dawn it-tfal li taraw fil-filmat irnexxilhom jagħmlu din l-interpretazzjoni.

Fost oħrajn irringrazzja lill-missjunarju Malti Fr Joseph Cremona, li ħa ħsieb il-proġett.

Każ ta’ talent Malti li sarraf f’ġid lil hinn minn xtutna. Mhux talli hekk, talli omm u missier Peter Paul akkumpanjawh fil-proġett…missieru għandu 73 sena.

Aqra aktar

X’qed tippjana Ira Losco…

Il-kantanta popolari Maltija, Ira Losco, ħabbret fuq is-sit soċjali facebook li għal din is-sena għandha numru ta’ pjanijiet għall-karriera mużikali tagħha. Hija se tkun qed tibda l-2017 b’eżebizzjoni fil- Malta Eurovision Song Contest hekk kif hija kienet l-aħħar kantanta li rrappreżentat lil pajjiżna f’dan il-festival tant popolari.

Aqra aktar

Kors dwar Kanye West offrut fl-Università ta’ Washington

Filwaqt li fl-Universitá ta’ Malta fil-kors tal-interpretazzjoni mużikali u kulturali noffru credit li jitratta l-Eurovision, fl-Universitá ta’ Washington ġie introdott kors dwar l-effetti kulturali tal-kantant Kanye West. Il-kors jismu “Politics of Kanye West: Black Genius and Sonic Aesthetics”, li se jkun qed jitmexxa mill-Professur Dr Jeffrey McCune.

Aqra aktar

Għal dawk id-dilettanti tal-Iron Maiden!

Il-Ministru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici indirizza konferenza fejn tħabbar kunċert mill-eks-kantant tal-Iron Maiden Blaze Bayley, li se jkun qiegħed isir fit-Teatru Orpheum nhar il-11 ta’ Frar u fejn se jkunu qegħdin jieħdu sehem ukoll bands Maltin.

Il-Ministru Bonnici qal li “dawn l-avvenimenti huma mhux biss intratteniment tajjeb għad-dilentanti tal-ġeneru mużikali partikolari imma wkoll vettrina għall-mużiċisti Maltin, b’mod partikolari f’dan il-każ għal bands mill-ġeneru tal-metal li huwa popolari ferm f’Malta u segwit ukoll minn ħafna dilettanti. Tassew, minkejja ċ-ċokon ta’ pajjiżna, għandna abbundanza ta’ talent li kontinwament jagħmilna kburin kemm lokalment u kemm fuq skala internazzjonali.”

Aqra aktar

Send this to a friend