mużika – Page 4 – One News

Notifiki

Famużi madwar id-dinja bl-ewfonju u issa ġejjin Malta

Wara s-suċċess tas-sena li għaddiet, K&G (Kurun & Gilbert) Mouthpieces bi pjaċir iħabbru li nhar l-Erbgħa 19 t’April David Thorthon u Daniel Thomas, żewġ mużisċisti li jdoqqu l-ewfonju ta’ fama internazzjonali ser jesegwixxu kunċert fil-Każin Malti fejn waqt xi siltiet se jkunu akkumpanjati mill-pjanista Ingliża Ruth Webb.

Waqt dan il-kunċert ser jindaqqu diversi stili ta’ mużika minn 21st Century Euphonium għal xogħol romantiku. Se jindaqqu ukoll diversi siltiet premier li ġew miktuba apposta għal dawn l-artisti fenomenali. Huma se jkunu qed idoqqu fuq bażi individwali, bħala dwett kif ukoll akkumpanjati mill-pjanista.

Għal aktar informazzjoni idħlu fuq www.kandgmouthpieces.com

Talenti mużikali f’Malta mill-Belarus

Żewġ mużiċisti stabbiliti se jesprimu t-talenti tagħhom fil-Valletta Campus Theatre. Fuq inizjattiva ta’ Dr Reuben Pace, il-pjanista Natalia Malnach u Yauhen Shymanovich bil-klarinett se jkunu qed idoqqu fil-preżenza tal-kompożitur Dr. Katsiaryna Shymanovich, ukoll mill-Belarus.

Għal żewġ siltiet se tkun qed tingħaqad magħhom il-mezzo-sopran Maltija Clare Ghigo. Se tkun interessanti ferm l-interpretazzjoni tagħhom ta’ biċċiet Maltin bħal “Fil-Qosor” u “Victoria’s Lament” tal-organizzatur, Dr Pace.

Dettalji tista’ ssibhom hawn.

Aqra aktar

Rappreżentanza Maltija waqt festival segwit minn eluf

Kurt Cassar se jkun qed jirrappreżenta lil Malta f’festival orkestrali ġewwa r-Rumanija segwit minn eluf kbar ta’ kull sena. Dan il-festival isir fil-belt kapitali Rumena u kull sena jilqa’ talenti ġodda minn diversi pajjiżi, minn fejn kantanti jkunu rebħu kemm l-X-Factor u kif ukoll The Voice. Fosthom hemm l-Italja, L-Bulgarija, r-Russja.

Ricentament gie mirbuħ mill-istilla mondjali Elhaida Dani, r-rebbieħa ta’ The Voice fl-Italja u r-rapprezentanta tal-Albanija fil-Eurovision tal-2015. Kien hemm ‘l fuq minn 800 sottomissjoni u Cassar ġie magħzul fost l-24 finalisti minn pajjiżi diversi. Malta kienet fil-finali ta’ dan il-kuntest prestiġġjuz fl-2011 fejn giet irrappreżentata mill-kantanta  Eleanor Cassar.

Aqra aktar

Raġel Serb arrestat, allegatament darab lill-barman Ryan Magro

Il-Pulizija arrestat raġel Serb li bejn is-Sibt u l-Ħadd li għadda allegatament darab barman Malti tant li qed jissielet għal vista f’għajn minnhom.

Il-vittma huwa Ryan Magro ta’ 27 sena u l-inċident seħħ f’bar f’San Pawl il-Baħar. Magro ħareġ mill-isptar illum iżda fadallo operazzjoni oħra pitgħada.

Aqra aktar

TOMORROWLAND f’Malta f’Lulju li ġej

Malta se tkun waħda minn tmien pajjiżi li se jingħaqdu mal-festival enormi, Tomorrowland, li jsir fil-Belġju. Eluf ta’ turisti mistennija jżuru pajjizna għal dan l-avveniment filwaqt li żgħażagħ Maltin ukoll se jkunu qed joħonqu l-post fejn se jsir il-kunċert li hu tal-kobor tal-Isle of MTV. Imkejjen ta’ one.com.mt qalu li x’aktarx isir fil-grawnd tal-Marsa.

Unite With Tomorrowland se jsir fil-Ġermanja, Spanja, Lebanon, Taian, il-Korea ta’ Isfel u Iżrael.

Aqra aktar

Mużika minn madwar id-dinja f’Sant Iermu

Dawn huma Tsuumi Sound System- folk band Finlandiża li f’Mejju li ġej se tagħti kunċert fil-Malta World Music Festival. L-ewwel festival f’pajjiżna iddedikat lill-mużika minn madwar id-dinja, li se jittella’ fid-dsatax u l-għoxrin ta’ Mejju.

Il-Festival, li se jittella’ f’Sant Iermu, se jara wkoll il-parteċipazzjoni tal-grupp Malti Brodu u TIWIZA- grupp ta’ mużiċisti Alġerini u Franċiżi li żewġu l-ġenerli tar-rock, jazz u folk.

Aqra aktar

Send this to a friend