mużika – Page 3 – One News

Notifiki

Music Sensations fiż-Żurrieq, b’risq l-ALS Malta

Is-Sezzjoni Żagħżagħ Karmelitani taż-Żurrieq ser torganizza l-kunċert Music Sensations, nhar is-Sibt 8 ta’ Lulju mit-8.30pm ‘il quddiem fi Pjazza San Ġorġ in-Nigret fiż-Żurrieq.

Din l-attività ser tkun ippreżentata minn Pierre Cordina u Alana Bondin bis-sehem tal-kantanti lokali Eleanor Cassar, Jessika, Brooke Borg, Tiziana Calleja, Deborah C u Josef Tabone.

Id-dħul għal dan il-kunċert hu b’xejn, iżda se jinġabru donazzjonijiet b’risq l-ALS Malta.

Aqra aktar

Kevin Borg jerġa’ jiġi l-ewwel fil-Ġappun

Għal darb oħra, l-kantant Malti Kevin Borg reġa’ kiseb suċċess ieħor bil-mużika tiegħu fil-Ġappun. Dan hekk kif il-mużika tiegħu reġgħet spiċċat fil-quċċata tal-klassifiċi mużikali fil-Ġappun. Dan permezz tal-kanzunetta Tsunagu li Kevin Borg kiteb u pproduċa għall-grupp mużikali Arashi.

Aqra aktar

Il-wirja ta’ Chrystabelle: talenti Maltin fil-mużika u fil-moda

Il-kantanta Chrystabelle tat wirja mill-aqwa tad-diska l-ġdida tagħha, Never Gone. Din hija silta li għamelt b’kollaborazzjoni ma’  producer tal-mużika minn Hollywood, Geo Slam. Dan ħadem ma’ diversi artisti kbar fosthom il-grupp One Direction, Usher, Lady Gaga, Jennifer Lopez, Pitbull u Enrique Iglesias.

Ngħidu li kienet wirja ta’ moda wkoll għaliex Chrystabelle libset libsa tad-duo Malti Charles and Ron, imdawwar b’żeffiena ħafjin, ilkoll bl-iswed.

Kienet Chrystabelle li wittiet it-triq għal wirjiet ta’ artisti kbar internazzjonali.

L-artisti kollha tal-Isle of MTV waslu f’pajjiżna

Il-jum tant mistenni minn dawk li għandhom għal qalbhom il-mużika kummerċjali wasal, dan hekk kif illum se jkun qed jittella l-kunċert tal-Isle of MTV fuq il-Fosos tal-Furjana. Kunċert li għalih ġew f’pajjiżna artisti ta’ fama internazzjonali fosthom The Chainsmokers, DNCE, Jonas Blue u RAYE.

Aqra aktar

Mużika Maltija għall-kunċert tal-Imnarja

L-Għaqda mużikali L’Isle Adam, għal sena oħra se terġa torganizza l-kunċert muzikali tal-Imnarja.

Kunċert b’differenza hekk kif din is-sena se jiċċelebra l-għeluq tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Aqra aktar

Ir-ritorn tal-kantanta Miley Cyrus

Żgur mhux forsi li l-ġenerazzjoni żagħżugħa tiftakar lill-kantanta famuża mondjali Miley Cyrus bħala attriċi fis-serje ta’ Hannah Montana fuq l-istazzjon Disney Channel.

Apparti minn hekk isimha ddomina fil-midja minħabba l-mod ta’ kif evolviet kemm fil-karriera personali tagħha u kif ukoll fil-mod ta’ kif bdiet iġġib ruħha u kif bdiet tilbes. Kienu bosta persuni li ġġudikawha u kkummentaw li din l-artista “m’għadiex taġixxi b’mod normali.”

Aqra aktar

Ira Losco, Alphaville u Chris Norman fis-sitt edizzjoni tal-Beland Music Festival

Stqarrija Ghall-Istampa: Hard Rock Cafe Beland Music Festival 2017
Il-Ministru għall Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici, nieda s-sitt edizzjoni tal-Beland Music Festival. Dan l-ispettaklu se jsir bejn il-5 u t-7 ta’ Lulju li ġej. Il-festival se jsir bl-għajnuna tal-Kunsill Malti għall-Arti, bis-saħħa tal-Cultural Partnership Agreement.

Aqra aktar

Hub għal rock bands Maltin

Tħabbar hub ta’ sitt spazji għal provi ta’ bands lokali, proġett li l-Kunsill Malti għall-arti u l-Ministeru għall-kultura ilhom jaħdmu fuqu erba’ snin. Dan il-hub se jkun qed isir f’Ħal Luqa. Dan hu biss il-bidu ta’ vjaġġ twil li nibet minn spinta li dan l-aħħar reġgħet bdiet tingħata lill-ġeneru Rock.

Aqra aktar

ŻBALL F’SANREMO JUNIOR MALTA: Tirċievi t-trofew iżda kellha tgħaddih lura

Tifla li kienet dikjarata bħala waħda mir-rebbieħa fl-ewwel tlett postijiet ta’ Sanremo Junior 2017 kienet kostretta tgħaddi t-trofew lil tifla oħra wara żball fit-tħabbira tar-riżultati.

Fis-sala tal-iskola Sant’Agata, nhar is-Sibt ixxandar b’mod dirett fuq l-istazzjon nazzjonali, is-selezzjoni tal-festival Malti għal Sanremo Junior.

F’kummenti ma’ one.com.mt, l-organizzatriċi tal-festival, Antonella Vassallo spjegat li fit-tielet kategorija kien hemm żball meta ssejħet il-kantanta propja li kellha tikseb il-premju iżda ġie mgħajjat ħażin it-titlu tal-kanzunetta abbinata mal-kantanta.

Aqra aktar