mużika – Page 2 – One News

Notifiki

Valletta 2018 b’wirjiet ta’ mużika madwar il-Belt

Il-Fondazzjoni Valletta 2018 qed tistenna ġimgħa eċċitanti ħafna fejn tidħol il-mużika hekk kif il-ġimgħa d-dieħla mistennija ttella’ spettaklu kbir waqt żewġ attivitajiet fil-Belt Valletta.

Fl-4 ta’ Ottubru, It-tenur Cliff Zammit Stevens mistenni jagħti kunċert flimkien mal-kantanta Ira Losco. Din il-kollaborazzjoni flimkien mal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta se  twaħħad il-mużika klassika ma’ dik pop.Aqra aktar

Il-mużika u l-futbol jiltaqgħu għall-finali tat-tazza tad-dinja

Tħobb il-futbol? Tħobb id-divertiment? Tħobb il-moda? Nhar il-Ħadd 15 ta’ Lulju hija l-ġurnata ideali għalik. It-tim organizzattiv tal- Partit Laburista, magħruf għall-avvenimenti kbar u tal-massa, se jkun qed jorganizza l-ikbar attività tal-ġurnata, attività bl-isem ta’ “Winners the Football Concert” ġewwa l-kumpless Aria, San Ġwann. Fi frażi waħda hija l-attività fejn il-futbol u l-mużika se jiltaqgħu.

Aqra aktar

Jason Derulo, Hailee Steinfeld u Sigala għal fuq il-Fosos

Jason Derulo, Hailee Steinfeld u Sigala flimkien ma’ Paloma Faith u Ella Eyre u Dimitri Vegas & Like Mike huma l-artisti li din is-sena ser jimlew il-palk tal-Isle of MTV ta’ din is-sena.

Għat-tnax il-sena konsekuttiva, dawn l-artisti ser jingħaqdu ma’ għadd ta’ artisti lokali fuq il-Fosos fil-Furjana biex jittella dak li llum ġie stabbilit bħala wieħed mill-akbar kunċerti mużikali offruti b’xejn fl-Ewropa matul is-sajf.Aqra aktar

Mużiċisti minn madwar id-dinja fl-Imdina u l-Belt

F’dawn il-jiem il-belt siekta tal-Imdina, kif ukoll il-kapitali Valletta, laqgħu l-finali tal-Malta International Music Competition.

Din hi kompetizzjoni li fiha pparteċipaw mużiċisti b’talenti f’istrumenti differenti minn madwar id-dinja wara li kienu magħżula fi proċess kompettitiv li sar fi Frar li għadda.  

Il-kompetituri jvarjaw kemm fl-età u anke fl-istrumenti li jdoqqu, xi ħaġa li spjegat Josiane Lambert, parti mill-ġurija internazzjonali.

Aqra aktar

“I’m lost for words” – il-Malti li jgħid li Linkin Park għenuh isalva f’ħajtu

Ian Fenech huwa ġuvni li jemmen il l-grupp Linkin Park għenuh jerġa’ jiġi fuq saqajh, minħabba l-lirika profonda tal-mużika tagħhom.

Iż-żagħżugħ Malti kellu l-opportunità jiltaqa’ mal-grupp mużikali, u għandu osservazzjonijiet interessanti dwar il-mod kif iħarsu lejn is-segwaċi tagħhom. Kellimnih wara li l-kantant ewlieni, Chester Bennington, miet fl-età ta’ 41 sena. Hu nstab fir-residenza privata tiegħu għall-ħabta tal-17:00 ta’ wara nofsinhar, wara li temm ħajtu.

Aqra aktar

ARA: Il-video mużikali ġdid ta’ Ira Losco

Ira Losco ħarġet ir-raba­­ single mill-album mistenni li joħroġ fl-aħħar tal-2017. Il-kanzunetta jisimha OH MY GOD. Din id-diska saret b’kollaborazzjoni mal-kantanta tar-rap Shyli.

OMG huwa it-tmintax il-‘video’ mużikali ta’ Ira Losco. Din is-sena timmarka propju 15 il-sena mill-karriera ta’ Ira Losco bħala kantanta solista.

Il-video mużikali tista’ tarah hawn:

Aqra aktar

Nitkellmu ma’ Armin van Buuren: avukat li sar DJ mondjali

Armin van Buuren – avukat iżda iktar milli għal-liġi huwa magħruf u kkunsidrat bħala wieħed mill-aqwa DJs fid-dinja ta’ kull żmien tant li għal ħames snin konsekuttivi ġie vvutat bħala l-aqwa DJ mill-Magazine popolari DJ Mag. Id-diski tiegħu venvnu d-diskoteki madwar id-dinja kollha fosthom dawk f’Malta b’eluf kbar ta’ żgħażagħ jiżfnu mar-ritmu tal-mużika tiegħu.

Aqra aktar

Fost l-aqwa artisti se jkunu għall-festival tal-Beland

Mistennija xalata oħra ta’ mużika u divertiment waqt il-‘Hard Rock Cafe – Beland Music Festival. Din hi attivita mużikali mifruxa fuq tlett ijiem li tinvolvi għad ta artisti ta kalibru, kemm lokali kif ukoll internazzjonali.

Wara is-suċċess tal-ħames edizzjonijiet li għaddew, li ġibdu eluf ta nies lejn ir-raħal taż-Żejtun, is-sitt edizzjoni se tittella’ bejn l-Erbgħa hamsa u l-Ġimgha sebgħa ta’ Lulju, fiż-żona ta Bulebel iż-Żejtun.

Dettalji dwar dan il-festival ingħataw waqt konferenza tal-aħbarijiet, fejn intqal li l-edizzjoni ta’ din is-sena kienet possibli wara li l-għaqda Beland irċiviet għajnuna finanzjarja u bbenefikat minn fondi tal-Cultural Partnership Agreement. Dan hu programm ta’ fondi li jingħata fuq medda ta’ tlett snin lill-għaqdiet li jippromwovu l-arti u l-kultura u li dwaru tkellem b’sodisfazzjon il-Ministru Owen Bonnici. 

Aqra aktar

Send this to a friend