Notifiki

BIL-FILMAT: Qalb il-muturi tingħata l-aħħar tislima lil Michelle Curmi fuq iz-zuntier tal-Imġarr

Il-ħoss tal-mutur li tant kienet tħobb akkumpanja lil Michelle Curmi hi u tingħata l-aħħar tislima.  Dan hekk kif numru ta’ sewwieqa tal-muturi, ħbieb tagħha u tal-familja iltaqgħu fejn il-kamra mortwarja sabiex flimkien iwassluha saz-zuntier tal-knisja tal-Imġarr.

Michelle Curmi ta’ 32 sena, tilfet ħajjitha wara li l-mutur li kienet riekba fuqu kien involut f’ħabta ma’ karozza f’Mdina Road, Ħaż-Żebbuġ lura fis-sbatax ta’ Mejju.

Aqra aktar

Il-ħanut tal-familja ta’ Simon Schembri fil-mira tal-ħallelin

Il-ħanut li għanda l-familja tal-Kuntistabbli Simon Schembri f’ Raħal Ġdid safa fil-mira ta’ attentat ta’ serqa.

Hu mifhum li r-reat seħħ matul il-lejl li għadda, b’ iben Schembri jinduna bl-isgass għall-ħabta tad-9:30 ta’ dalgħodu wara li mar biex jiftaħ il-ħanut bħall ma jagħmel  kuljum.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa li ħatar għadd ta’ esperti biex jassituh fl-investigazzjonijiet tiegħu. Intant Il-Pulizija tal-forensika elevaw ukoll xi marki tas-swaba’ għal aktar investigazzjonijiet filwaqt li qed teżamina filmati mill-kameras tas-sigurtà fl-akwata.

Din l-aħbar kienet xokk kbir għall-familja Schembri hekk kif propju ħdax -il ġurnata ilu esperjenzaw dak li qatt ma kienu qed jistennew. Dan hekk kif il-Kuntistabbli Schembri safa vittma ta’ attentat ta’ qtil wara li ġuvni ta’ sbatax -il sena tajjru f’Ħal Luqa.

43 vettura rreġistrata kuljum – żieda ta’ 1.1% f’vetturi rreġistrati

Fi tmiem it-tieni kwart ta’ din is-sena kien hemm żieda ta’ 1.1% fl-ammont ta’ vetturi rreġistrati meta mqabbel mal-ewwel kwart ta’ din is-sena. Dan ifisser li hemm 365,483 vettura rreġistrata.

Skont stqarrija mibgħuta mill-Uffiċċju tal-Istatistika, informazzjoni miġbura minnTransport Malta turi li 78.6% tal-ammont totali kienu karozzi tal-passiġġieri, 13.5% kienu vetturi kummerċjali, 6.7% kienu muturi/quadricycles u ATV’s, filwaqt li minibuses u xarabanks ammontaw għal inqas minn 1%.

Aqra aktar

Paul Muscat rebbieħ fil-Motocross għall-ewwel darba

Nhar il-Hadd 1 ta’ Lulju 2017 l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi kellha lejla impenjativa fejn fil-Kumpless Sportiv tal-Assoċjazzjoni f’Ta’Qali ġew organizzati diversi attivitajiet minn numru ta’ sezzjonijiet fosthom bil-Muturi Motocross u Trials u bil-Karozzi Autocross. għal din il-ġurnata irreġistraw 48 kompetitur li kienu maqsuma fid-dixxiplini rispettivi tagħhom.

Intant fil-muturi Motocross ġiet organizzata l-aħħar attività ta’ dan l-istaġun fejn fi klassi A rajna l-aħwa Muscat jiddominaw il-ġurnata. Paul Muscat irnexxielu jirbaħ l-ewwel Heat fil-waqt li fit-tieni Heat spiċċa it-tieni biex għalaq il-ġurnata fl-ewwel pożizjoni. Paul Muscat kien segwit minn ħuh Trevor Muscat it-tnejn fuq muturi KTM. Fit-tielet post spiċċa David Dimech fuq mutur Honda.

Aqra aktar

Erba’ persuni l-isptar wara ħabta bejn tliet muturi f’San Ġiljan

Erba’ persuni ttieħdu l-isptar Mater Dei wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku f’San Ġiljan li fih kienu involuti tliet muturi kolha tat-tip Harley Davidson, fejn fosthom tnejn ġarrbu ġrieħi gravi u tnejn oħra ġarrbu ġrieħi ħfief.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-12:00 fi Triq Mikien Anton Vassalli f’San Ġiljan fejn fuq il-post issejħu ambulanzi sabiex jieħdu lil dawk li ġarrbu ġrieħi l-isptar.

Il-Ħadd jaf tilmaħ Father Christmas fuq mutur…

Nhar il-Ħadd li ġej il-Kunsill Lokali Ħamrun se jorganizza the Santa’s Bike Ride.  L-idea ta’ din il-bike ride hija li s-sewwieqa ta’ muturi b’żewġ roti jilbsu ta’ Father Christmas u flimkien jingħaqdu u jduru mat-toroq ta’ bosta lokalitajiet.

L-għan ta’ din il-bike ride hija li flimkien niċċelebraw il-Festi tal-Milied, filwaqt li  titqajjem kuxjenza għas-saħħa u sigurta’ tal-bikers u jinġabru fondi għall-Fondazzjoni Marigold.  Fil-fatt ir-riders huma mitluba jirreġistraw b’donazzjon ta’ € 10 li se tmur kollha b’risq din il-Fondazzjoni.

Aqra aktar

Send this to a friend