mutur – Page 5 – One News

Notifiki

Żagħżugħ bi ġrieħi gravi wara li nqaleb bil-mutur f’San Pawl il-Baħar

Żagħżugħ ta’ 26 sena mill-Imtarfa qed isofri minn ġrieħi gravi wara li nqaleb bil-mutur f’San Pawl il-Baħar.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:30 tal-Ġimgħa filgħodu fi Triq Ġnien Borg, limiti ta’ San Pawl il-Baħar, meta għal xi raġuni l-ġuvni tilef il-kontroll tal-mutur tat-tip Honda CBR li kien qed isuq, u nqaleb bih.

Fuq il-post issejħu ambulanza u tim mediku mill-Isptar Mater Dei li ħadu lill-ġuvni għal aktar kura. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

BIL-FILMAT: Żagħżugħ imut f’inċident ikrah tat-traffiku f’Ħal Luqa

Inċident fatali tat-traffiku erbat ijiem qabel it-tmiem tas-sena ħasad il-ħajja ta’ Nolan Farrugia ta’ 21 sena mis-Siġġiewi.

L-inċident traġiku seħħ bejn mutur u trakk taż-żibel fi Triq Ħal Qormi, Ħal Luqa, tefgħa ta’ ġebla ’l bogħol mill-uffiċċji tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-ilma.

L-inċident seħħ għall-ħaba tal-10:15am, meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn mutur li kien misjuq mill-vittma u trakk. Fuq il-post intbagħtu ambulanza u ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili biex jassistu lill-vittma. Madankollu ż-żagħżugħ miet mad-daqqa u ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post. Sorsi qalu li l-vittma kien ilu xahar biss isuq il-mutur.

Jidher li mal-ħabta, il-vittma, tkaxkar bil-mutur tat-tip tat-tip Kymco Agility, ħabat ma’ trakk tal-kostruzzjoni li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 56 sena li jgħix Ħal Għaxaq.  Jidher li l-vittma tkaxkar għal bosta metri qabel ma spiċċa taħt il-bankina. Is-sewwieq tat-trakk deher maħsud bix-xena quddiemu u kellu jingħata għajununa mit-tim mediku li mar fuq il-post biex jassisti lill-vittma.

Sorsi fuq il-post qalu lil one.com.mt li ftit tal-minuti wara li seħħ l-inċident, xufier ta’ karozza tal-Linja li kienet nieżla lejn Ħal Qormi, waqaf biex jagħti l-għajnuna.

Dwar il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għasssa Gabriella Vella, waqt li l-pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.

Ara wkoll:

Il-vittma huwa Nolan Farrugia ta’ 21 sena- kien ilu jsuq il-mutur xahar biss

 

Raġel fil-periklu tal-mewt wara li nqaleb bil-mutur f’Ħal Luqa

Raġel ta’ 43 sena mill-Gudja jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara li nqaleb bil-mutur f’Ħal Luqa.

Il-Pulizija qalet li r-raġel instab għall-ħabta tat-20:10 tal-Ħadd filgħaxija fi Triq il-Imgiered, Ħal Luqa, bil-mutur tat-tip Meiduo, maqlub fuqu.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar għall-kura, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Joe Mifsud, li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

 

 

AĠĠORNAT: Raġel ta’ 49 sena jsofri ġrieħi gravi wara li ttajjar minn mutur fil-Furjana

Raġel ta’ 49 sena minn Tas-Sliema qed isofri minn ġrieħi gravi wra li ttajjar minn mutur fil-Furjana kmieni t-Tlieta filgħodu.

L-inċident seħħ fi Triq l-Assedju l-Kbir fil-Furjana għall-ħabta tad-09:30, meta r-raġel intlaqat minn mutur tat-tip Kymco Agility 125, li kien qed jinstaw minn raġel ta’ 20 sena mill-Ħamrun. Jidher li s-sewwieq tilef il-kontroll tal-mutur fil-ħin tal-inċident.Aqra aktar

Send this to a friend