Notifiki

Qbil bejn il-Gvern u l-MUMN dwar ħaddiema tas-saħħa ġejjin minn pajjiżi barra l-UE

Fi stqarrija konġunta, il-Gvern u l-Unjin għall-Infermiera u l-Qwiebel, l-MUMN ħabbru ftehim dwar ħaddiema barranin ġejjin minn pajjiżi barra mill-Unjoni u li jiġu ingaġġati fis-settur pubbliku biex jaħdmu fil-qasam tas-saħħa.

Wara żewġ laqgħat bejn ir-rappreżentanti tal-Gvern, immexxija mis-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar u l-President tal-MUMN Paul Pace, u b’konsultazzjoni mal-Aġenzija Identity Malta, intlaħaq qbil li b’seħħ immedjat l-Aġenzija tibda tħaddem numru ta’ proċeduri li se jieħdu post il-proċeduri użati sa issa.Aqra aktar

Iffirmat ftehim settorjali bejn il-Gvern u l-MUMN

Issiġillat il-ftehim settorjal bejn il-Gvern u l-Unjin tal-Infermiera u l-Qwiebel, l-MUMN. F’konferenza tal-aħbarijiet li fiha ġie ffirmat il-ftehim għall-ħames snin, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne spjega li l-professjonisti se jgawdu minn titjib fil-paga, u possibiltajiet aħjar ta’ titjib fil-karriera taghhom.Aqra aktar

Il-Gvern u l-MUMN jaħdmu id f’id

Id-direttivi msejħa mill-MUMN fost l-infermiera u l-qwiebel li jaħdmu fl-amministrazzjoni pubblika ġew imwaqqfa wara li llum komplew il-laqgħat bejn l-istess union u l-Ministeru għas-Saħħa.

Fi stqarrija bejn iż-żewġ naħat intqal li matul din il-laqgħa ż-żewġ naħat qablu fuq il-punti prinċipali għall-ftehim settorali tal-MUMN.

Aqra aktar

Send this to a friend