multi – Page 2 – One News

Notifiki

488 karozza barranija mfittxija fuq sewqan eċċessiv f’xahrejn biss

Fuq medda ta’ xahrejn fl-2016, ftit inqas minn ħames mitt vettura rreġistrata fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, nqabdet issuq b’veloċita eċċessiva f’pajjiżna. Dawn il-vetturi issa qed jiġu mfittxija mill-awtoritajiet Maltin għall-infurzar. Ta din l-informazzjoni l-Ministru għat-Trasport Joe Mizzi fil-Parlament fejn spjega kif permezz ta’ Direttiva Ewropea li bdiet taħdem f’Malta minn Awissu li għadda, l-awtoritajiet Maltin issa għandhom aċċess għall-informazzjoni tar-reġistrazzjoni ta’ vetturi barranin li jwettqu kontravenzjonijiet f’pajjiżna.

Aqra aktar

Issa tista’ tħallas multa tal-Qorti online

B’effett immedjat, persuna m’għandhiex għalfejn tmur fiżikament fil-bini tal-Qorti biex thallas multa li tkun ingħatat minn xi Imħallef jew Maġistrat iżda tista’ tagħmel hekk online billi, permezz ta’ e-ID, tidħol fil-link https://justice.gov.mt/onlineservices.

Dan se jwassal biex persuna tkun tista’ tħallas multa mill-kumdità ta’ darha jew mill-post tax-xogħol tagħha.  Il-vantaġġi huma kbar, speċjalment meta wieħed iqis li ħafna multi li jingħataw mill-Qorti jingħataw bil-benefiċċju li dawn ikunu jistgħu jitħallsu ratealment, jiġifieri maqsumin fuq numru ta’ xhur.

Aqra aktar

Jittieħdu passi biex tieqaf sistema ta’ qerq li fiha Malta kienet tintuża

Awtoritajiet Ġermaniżi ħadu passi biex iwaqqfu sistema ta’ qerq stramba għall-aħħar li wettqu persuni ta’ twemmin lemin-estrem taħt l-isem Reichsbürger. Permezz ta’ din is-sistema kienu jkunu mhedda uffiċjali Ġermaniżi. Kienet tinvolvi li persuni jirreġistraw multa fl-Istati Uniti u wara, jintbgħatu ittri legali minn avukati privati f’Malta permezz ta’ proċedura skont il-liġi Ewropea.

Il-Gvern Ġermaniż sab koperazzjoni sħiħa mil-awtoritajiet Maltin biex tintemm dik li spiċċat tissejjaħ “Malta scam”, li kienet qed tintuża biex ikunu iffastidjati imħallfin, awtoritajiet Ġermaniżi tal-qorti u politiċi.

Aqra aktar

Lulju: il-wardens b’5,790 ċitazzjoni inqas

F’Lulju li għadda l-ammont ta’ ċitazzjonijiet maħruġa mill-gwardjani lokali naqas b’5,790 meta mqabbel mas-sena li għaddiet. Tagħrif li ksibna mill-Aġenzija tal-Infurzar Lokali jindika li kien hemm tnaqqis kważi f’kull tip ta’ ċitazzjoni, ħlief għal dawk maħruġa mill-Pulizija.

F’Lulju b’kollox inħarġu 31, 327 ċitazzjoni – tnaqqis ta’ 7,968 fuq sena qabel. Dan meta tqis iċ-ċitazzjonijiet kollha, u mhux biss dawk maħruġa mill-gwardjani lokali.

Din l-istatistika tkompli tikkonferma r-rieda tal-Gvern li jħaddan sistema li teduka lil-pubbliku biex jevita kontravenzjonijiet, aktar jkun immultat meta jwettaqhom. Din hija bidla fil-mentalità li l-Gvern qed iwettaq b’konsultazzjoni sħiħa mal-kunsilli lokali.

Ir-riżultati tax-xahar li għadda jsewgu tnaqqis fl-ammont ta’ ċitazzjonijiet li ngħataw minn gwardjani lokali fl-ewwel nofs ta’ din is-sena; tnaqqis ta’ 34,428 ċitazzjoni.

Din hi l-istatistika għax-xahar li għadda, meta mqabbel ma’ Lulju 2015.

Aqra aktar

Send this to a friend