L-MTA tiċċara li min isegwi l-proċeduri neċessarji biex jidħol f’Malta ma jħallasx l-ispejjeż tal-akkomodazzjoni ta’ kwarantina

B’referenza għal artikli li dehru f’xi sezzjonijiet tal-midja, fejn hemm imsemmi li studenta ta’ l-Erasmus ġiet ippreżentata b’kont ta’ elf u mitejn ewro mil-lukanda tal-kwarantina, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu fi stqarrija kkjarifikat li wara li ġie kkonfermat mal-imsemmija lukanda, l-istudenta, fil-fatt ma’ ġietx mitluba tħallas, iżda qed tħallas biss spejjeż relatati ma’ ikel u xorb.

Aqra aktar

BIL-FILMAT: Il-Gvern se jagħti għotjiet lil turisti li jagħżlu jirriservaw kmamar f’lukandi Maltin u Għawdxin

Il-Gvern ħabbar li se jkun qed jagħti għotjiet lit-turisti li jirriservaw kmamar f’lukandi Maltin u Għawdxin tul is-sajf li ġej.

Ħabbar dan il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo waqt konferenza tal-aħbarijiet.

Fil-fatt, il-Ministru Bartolo spjega li għas-sajf li ġej mal-35,000 turist barranin li jirriservaw kamra f’lukandi Maltin b’mod dirett, se jingħataw għotja ta’ flus mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, abbażi tal-istilel li tħaddan il-lukanda.

Turist li jagħżel lukanda ta’ ħames stilel se jkun qed jingħata għotja ta’ €100, dak li jagħżel lukanda ta’ erba’ stilel se jkun qed jingħata €75 filwaqt li turist li jagħżel lukanda ta’ 3 stilel se jkun qed jirċievi €50.

Aqra aktar

Ħidma li ma waqfitx minkejja l-isfidi tal-pandemija

Anke jekk is-settur turistiku bħalissa mhux wieħed daqstant bieżel, ħidmet l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu ma waqfitx tul il-pandemija. Dan seta’ jidher ċar anke minn spezzjonijiet li saru minn uffiċjali tal-Awtorità stess, b’numru ta’ spezzjonijiet regolari fuq stabbilimenti li kienu obbligati bi protokolli mill-Awtoritajiet tas-Saħħa.Aqra aktar

BIL-FILMAT: Se tiġi restawrata l-parti li kienet id-daħla tal-Belt

B’investiment ta’ madwar mitejn elf ewro l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu se tirrestawra l-binjiet antiki li hemm fid-daħla tal-bieb Victoria fil-Belt Valletta.

Fil-passat din il-parti tal-Belt kienet ta’ importanza kbira, hekk kif għal snin twal serviet bħala l-entratura prinċipali għall-kapitali Maltija mill-Port il-Kbir.

Min-naħa l-oħra kienet isservi wkoll bħala mutur ekonomiku b’saħħitha għall-Belt, peress li diversi bejjiegħa kienu jarmaw is-suq.

Aqra aktar

Madwar 300 liċenzja ġdida mal-MTA fl-aħħar 4 xhur

Fl-aħħar 4 xhur l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu liċenzjat madwar 300 operatur ġdid fil-qasam turistiku.  Dan ħabbritu l-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli li stqarret kif dan ikompli juri l-fiduċja kbira li għad hemm fis-settur, anke fi żmien fejn l-pandemija ħolqot diffikultajiet kbar mad-dinja kollha. Aqra aktar

Send this to a friend